Prospero Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 10:
Studja l-Liċeo u serva bħala gunner fil-Home Guard tal-Università fi żmien il-Gwerra. Wara li għamel tliet xhur fl-Army, beda l-kors tal-mediċina fl-Università ta’ Malta, iżda wara sena daħal mal-Patrijiet Agostinjani fl-1943. Il-professjoni solenni tiegħu għamilha fi ħdan dan l-Ordni fis-26 ta’ Ottubru 1947. Ħa l-isem reliġjuż ta’ Prospero. Kien ordnat subdjaknu f’Ruma fit-3 ta’ Lulju 1949 u ordnat presbiteru fil-Bażilika ta’ San Giovanni Laterano f’Ruma fil-25 ta’ Marzu 1950.
 
Patri Prospero Grech studja l-filosofija fil-Monasteru ta’ San Mark, ir-[[Rabat]], Malta, u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ Santa Monika f’Ruma. Huwa kiseb Dottorat fit-Teoloġija mill-Università Gregorjana ta’ Ruma (1953), Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa mill-Istitut Pontifiċju Bibliku ta’ Ruma (1954) u Diploma fil-Psikoloġija Edukattiva minn Freibourg, l-[[Iżvizzera]] (1951). Patri Prospero Grech irriċerka l-lingwi Semitiċi fl-Università ta’ Oxford (1957-58) wara li kien akkwista ‘scholarship’ tal-British Council u f’dik ta’ Cambridge (1958-59). Fl-1958, il-Professur Arberry tal-Istudji Orjentali fl-Università ta’ Cambridge, ried skular Malti ħalli jgħinu f’xogħol li kien qed jagħmel. Il-Professur [[Ġużè Aquilina]] kien irrakkomanda lill-Professur Prospero Grech għal dan ix-xogħol. Il-Professur Prospero Grech għen lill-Professur ArbreryArberry fil-ktieb “A Maltese Anthology” ta’ poeżija u proża Maltija maqluba bl-Ingliż u fi ktieb ieħor bl-isem “[[Dun Karm Psaila|Dun Karm]] – Poet of Malta” maħruġ minn Arberry u Grech minn Cambridge University Press.
 
[http://www.catholicherald.co.uk/commentandblogs/2012/01/09/father-prospero-possibly-the-most-intelligent-man-alive-is-to-become-malta%E2%80%99s-second-ever-cardinal/ Artiklu] ppubblikat fil-''Catholic Herald'' jikkwota lill-kittieb u l-kritiku Nigel Dennis jgħid li Patri Prospero huwa possibilment l-iktar persuna intelliġenti li teżisti. Din l-allegata stqarrija ta' Dennis għaddiet mingħand l-armla ta' Dennis għal għand il-kittieb tal-artiklu, Patri Alexander Lucie-Smith.