Daphne Caruana Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 390:
L-għada, nhar l-20 ta' Novembru 2019, Yorgen Fenech, negozjant ewlieni f'Malta tat-Tumas Group, is-sid tal-kumpanija 17 Black u d-Direttur tal-kumpanija Electrogas ġie arrestat b’rabta mal-assassinju ta' Caruana Galizia. Dan wara li skont rapporti pprova jaħrab minn Malta bil-jott tiegħu kmieni filgħodu. Il-jott ta’ Fenech, ġie interċettat mill-Forzi Armati ta’ Malta għall-ħabta tal-5.30am fil-marina ta’ Portomaso.
 
Ingħad li isemIsem Yorgen Fenech issemma’ fil-konverżazzjonijiet li kellhom il-Pulizija ma' Melvin Theuma liis-suspettat qed jingħad li huwa s-sensar tal-assassinju ta' Caruana Galizia.
 
=== Ix-xhieda ta' Melvin Theuma ===
Nhar l-4 ta' Diċembru 2019, Melvin Theuma, ta l-evidenza tiegħu fil-qorti. Theuma ngħata l-maħfra presidenzjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat wara rakkomandazzjoni mill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija biex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa beda jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. Huwa ħalef li jgħid il-verità.
 
Huwa kien qiegħed jixhed fil-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-eżekuturi fil-qtil ta’ Caruana Galizia, Alfred u George Degiorgio u Vincent Muscat, li kienu preżenti f’awla sebgħa fl-ewwel bank quddiem il-maġistrat.
 
Fil-bidu tas-seduta l-Kap tal-Iskwadra tal-Omicidji l-ispettur Keith Arnaud informa lill-Maġistrat li x-xhud li se jitla’ ma jistgħux jittieħdu passi kontrih minħabba li ġimgħa ilu huwa ngħata l-maħfra presidenzjali, wara Ii ta biżżejjed evidenza fil-każ ta’ qtil ta’ Caruana Galizia u tliet każijiet oħra fosthom relatati ma’ ħasil ta’ flus.
 
L-ispettur Arnaud qal lill-Maġistrat li f’każ li Theuma ma jgħidx il-verità, il-maħfra presidenzjal taqa’ u jittieħdu passi fil-konfront tiegħu.
 
Melvin Theuma identifika lit-tlett eżekuturi b’isimhom u bil-laqam tagħhom. Qal li sar jaf l-ewwel lil Alfred imbagħad sar jaf lil ħuh George u imbagħad sar jaf lil Vince.
 
Qal li sar jafu għax kien hemm wieħed Darren Debono u kellmu Alfred biex krielhom flat.
 
Qal li huwa kien ħabib ma’ Yorgen Fenech u kien isiefer miegħu, Franza u Fenech kien iħallaslu kollox. Qal li sar jaf lil Yorgen wara li kien jaf lil zijuh Ray Fenech.
 
Qal li ħames snin ilu Yorgen Fenech tah permess biex ikun jista jibda jaħdem bit-taxi tiegħu minn ħdejn il-Hilton.
 
Theuma xehed li f’Mejju tal-2017, Yorgen Fenech cempillu biex jiltaqgħu barra r-ristorant Blue Elephant.
 
Hemmhek qallu biex ikellem lil George Degiorgio, iċ-Ċiniz biex joqtol lil Caruana Galizia għax kienet se toħroġ informazzjoni dwar zijuh Ray Fenech.
 
L-għada Melvin Theuma ltaqa’ maċ-Ċiniż u ħuh il-Fulu fit-tinda tal-patata l-Marsa u spjegalu li hemm persuna li tħallas tajjeb li ried joqtol lil Caruana Galizia.
 
Jumejn wara iltaqa’ ma’ Alfred fil-ħanut tal-Busy Bee. Alfred qallu li tkellem ma’ sħabu u qablu li joqtluha u jitħallsu €150,000, u depożitu ta’ €30,000.
 
Theuma qal li mal-eżekuturi qatt ma semma li Yorgen Fenech ried joqtolha.
 
Jumejn wara, Yorgen Fenech ċempillu u qallu  li se jċempillu Sandro Craus biex jiltaqa’ ma’ Keith Schembri f’Kastilja. Schembri dawru ma’ Kastilja u ħadu ritratt flimkien. Hemmhekk huwa ltaqa’ wkoll ma’ Sandro Craus li qallu li tawh job mal-Gvern.
 
Qal li hu kien jaf lil Keith Schembri għax kien rah darb’oħra qabel, f’ikla li organizza Yorgen fil-farmhouse tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ.
 
Qal li ltaqa’ ma’ Schembri darbtejn, darba fl-ikla u darba meta ltaqa’ miegħu Kastilja.
 
Melvin Theuma qal li mar f’ministeru fejn bagħtu Schembri, fejn tkellem ma’ wieħed Toni Sammut. Minn hemm ’il quddiem huwa beda jirċievi ċekk mingħajr ma jmur għax-xogħol.
 
Theuma qal li meta tħabbret l-elezzjoni ġenerali Yorgen Fenech qallu biex iwaqqaf kollox. Huwa informa lil Alfred biex iwaqqaf kollox u ma joqtlux lil Caruana Galizia.
 
Qal li fil-kampanja elettorali lagħab għal ħafna drabi, b’total ta’ 150,000 flus lil Yorgen Fenech. Fenech beda jilgħab li l-Parit Laburista se jitla’ fil-Gvern.
 
Il-Ħadd meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni waranofsinhar Yorgen Fenech cempillu u qallu biex imexxi u joqtol lil Caruana Galizia.
 
Iżda Melvin Theuma ma bediex jemmen lil Fenech għax beda jħossu li kien xurban
 
Ġimagħtejn wara l-elezzjoni ġenerali, Theuma mar iwassal lil Fenech l-airport u qabel ma telaq Yorgen Fenech ħareġ pakkett bil-flus u qallu biex jagtihom lil dawk biex imexxu u joqtlu lil Caruana Galizia. Fl-envelop kien hemm 150,000 ewro.
 
Huwa ltaqa’ ma’ Alfred ftit wara u tah €30,000.
 
Minn dakinhar ’l hawn, Yorgen beda jċempillu waħda f’waħda  lil Melvin Theuma u kien jgħidlu “mur għaġġel oqtolha għax se toħroġli l-informazzjoni”.
 
Qal li Fenech beda jagħmillu pressjoni kbira biex joqtluha imma Alfred Degiorgio ried il-ħin tiegħu.
 
Yorgen Fenech qallu biex il-bomba jagħmluha sew biex Daphne tmut u ma jiġriliex bħal Romeo Bone, li kien vittma ta’ karozza bomba.
 
Alfred Degiorgio kien qal lil Melvin “Qed tkiddna dik, imma mietu daqstant bullies ma tmutx din.”
 
Melvin informa b’dan lil Fenech. B’Fenech tah informazzjoni fejn tkun Caruana Galizia. Hawnhekk issemma’ ristorant in-Naxxar u r-Rabat.
 
Melvin Theuma qal li darba minnhom Alfred kien tah mobile.
 
Darba minnhom ukoll Alfred kien ħadu bil-karozza ta’ Vince Muscat il-Bidnija, biex juruh li qegħdin jagħmlulu x-xogħol.
 
Qal li darba minnhom Alfred kien ċempillu u qallhom li kellu kollox lest biex jitfgħu l-bomba imma sabu road block u kellhom imorru lura.
 
Theuma qal li hu ma kienx jaf meta se tinqatel Daphne Caruana Galizia. Imma Yorgen Fenech kien qiegħed iċempillu waħda f’waħda biex jgħaġġlu għax jekk toħroġlu l-informazzjoni għal xejn.
 
Melvin Theuma qal li fis-sittax ta’ Ottubru, waranofsinhar mar id-dar u xi tlieta xegħel it-television u sab li Daphne mietet. Qal li beda jibża’ li se jinqabad u l-għada mar ikellem lil Yorgen. Beda jgħidlu li qed jibża’ għax ġejjin tal-FBI. Imma Yorgen beda jgħidlu li m’għandux għalfejn għax l-istess se jaħdmu l-pulizija.
 
Mistoqsi mill-ispettur Arnaud jekk kienx hemm persuna oħra li kellmitu biex joqtol lil Caruana Galizia, Melvin Theuma qal li le. Qal li Yorgen fenech biss kellmu biex joqtolha.
 
Ġimagħtejn wara li mietet, ċempillu Yorgen u qallu biex jiltaqgħu qrib tar-razzett tiegħu f’Ħaż-Żebbug.
 
Yorgen qallu li hemmhekk għandna l-inkwiet għax ġabu messaġġ. Huwa informa lil Alfred.
 
Darba minnhom Yorgen, hu u jipparkja qallu li dawk għandhom il-problemi. Yorgen qal lil Theuma li fil-ħamsa ta’ Diċembru se jagħmlu raid kbir u se jarrestawhom.
 
Fenech tah din l-informazzjoni l-Ħamis qabel il-5 ta’ Diċembru. B’Theuma informa lil Alfred Degiorgio.
 
Melvin Theuma qal li mill-mument li ġew arrestati, hu minn flusu beda jagħti €300 lill-eżekuturi, mija kull wiehed. Il-flus bdew jingħaddu lill-qraba tagħhom u jagħtuhomlhom meta jmorru l-ħabs.
 
Wara l-qtil Melvin Theuma qal li kien imbeżża’ u beda jixrob u jieħu l-pilloli.
 
Qal li Yorgen Fenech beda jarah ħazin u beda jibża’ li se jikxef.
 
Fil-fatt, Fenech tah €5,000 biex imur btala londra mal-familja.
 
Theuma qal li anki hu beda jibża’ għax beda jibża’ li Fenech seta’ jeħles minnu. Qal li ladarba ħeles minn Caruana Galizia għax kieent se toħroġ l-informazzjoni.
 
Darba minnhom f’ħanut fil-Ħamrun, kien hemm wieħed Mario Degiorgio u qal lil Theuma li dawk għandhom bżonn €30,000 ħabba l-avukat. Qal li hawn mar għand Yorgen u qallu li kien qiegħed jistennieha.
 
Theuma xehed li wara li għadda ftit żmien, talbuh €30,000 oħra.
 
B’Fenech qallu li dawn jidher li kienu se jeħduha drawwa u tah €25,000 u l-€5,000 l-oħra ħariġhom hu.
 
Qal li Mario Degiorgio, li jiġi ħu l-aħwa Degiorgio, baqa’ jitolbu l-flus għall-avukati u esperti barra minn Malta. Qal li baqa’ jagħti flus ukoll lil mara ta’ Vince Muscat. Qal li hawnhekk Yorgen Fenech beda jgerger. Theuma qal li lil Mario xtarlu kelb jiswa €5,000.
 
Melvin Theuma qal li dan l-aħħar Yorgen Fenech kien qiegħed issegwi programm tad-droga fi sptar f’Londra u fl-Iskozja sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga kokaina.
 
Mill-mument li ġew arrestati sentejn ilu, Melvin Theuma qal li Mario Degiorgio, ħu l-aħaw Degiorgio, beda l-ħin kollu jitolbu l-flus.
 
Theuma qal li riċenti Fenech tah €20,000 tal-flus li ħareġ minn butu waqt li Fenech kien qiegħed isegwi programm tad-droga.
 
Melvin Theuma qal li hu ma ħax ċenteżmu sabiex tinqatel Caruana Galizia, iżda ħareġ ħafna flus.
 
Viżibbilment imbikkem qal li wara li ġara dan kollu, ħajtu kienet spiċċat. Saħansitra pprova jitla’ fuq il-bejt biex jaqbeż.
 
Melvin Theuma riċenti qal li Fenech qallu li l-Koħħu qed jikxef kollox u semma’ lil Theuma.
 
Wara li Fenech kien qallu li Vince Muscat se jikxef, Theuma qal li beda jirrekordja lil Fenech. Huwa rrekordja konverżazjonijiet li kellu ma’ Fenech fosthom konverżazzjonijiet li kellhom fl-uffiċċju Level 21 Portomaso.
 
Melvin qal li darba minnhom lil Yorgen tah recording f’pendrive, li fiha kien hemm ritratt ma’ Keith Schemrbi u ittra.
 
F’din l-ittra kiteb li hu l-middleman u li Yorgen u Keith se jeliminah. Qal li daħħal lil Keith fl-istorja għax Yorgen dejjem kien isemmi kemm huma ħbieb u għax kien kellmu xi ħadd li kien jaħdem miegħu. Sostna li huwa ltaqa’ biss ma’ Schembri darbtejn.
 
==Ħajja Personali ==