Daphne Caruana Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 377:
=== Il-Ġuri ===
Nhar is-16 ta' Lulju 2919, l-Avukat Ġenerali ressaq formalment l-att ta' akkuża kontra Vince Muscat, George Degiorgio u Alfred Degiorgio, it-tliet irġiel li huma mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, wara li l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrihom ilha għaddejja sena u nofs, minn Diċembru 2017. Dan ifisser li nġabru biżżejjed provi biex it-tliet irġiel jgħaddu ġuri.
 
=== 17 Black ===
Fl-2018, il-ġurnal Times of Malta żvela li l-kumpanija 17 Black f’Dubaj hija ta’ Yorgen Fenech, li kien id-Direttur tal-Power Station tal-Electrogas f’Malta. Fenech kien ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Tumas Group.
 
The Daphne Project: “€1.3m f’17 Black – klijent prospettiv ta’ Mizzi u Schembri”. It-Times of Malta f’ħidma konġunta mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, kisbet din l-informazzjoni minn imejl li identifikat lil 17 Black bħala wieħed mis-sorsi ta’ qligħ għall-kumpaniji sigrieti fil-Panama Hearnville u Tillgate, li kienu tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rispettivament. Mizzi u Schembri ċaħdu din l-allegazzjoni.
 
F'Novembru 2019, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rtira l-libell dwar 17 Black wara seduta mqanqla fil-Qorti tal-Maġistrati dalgħodu. Schembri kien mistenni jixhed dwar il-kumpanija bbażata f’Dubaj, bħala parti minn libell li fetaħ lil Simon Busuttil, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista, fuq allegat tixħim fl-2016.
 
=== Arresti Importanti ===
Nhar id-19 ta' Novembru 2019, il-Prim Ministru Joseph Muscat iffirma ittra fejn irrakkommanda lill-President sabiex jagħti l-maħfra presidenzjali lil ċertu Melvin Theuma li serva bħala s-sensar għall-assassinju ta' Caruana Galizia. Dan hekk kif hu deher li kien lest li jagħti l-isem tal-mandant tal-assassinju tal-ġurnalista.
 
L-għada, nhar l-20 ta' Novembru 2019, Yorgen Fenech, negozjant ewlieni f'Malta tat-Tumas Group, is-sid tal-kumpanija 17 Black u d-Direttur tal-kumpanija Electrogas ġie arrestat b’rabta mal-assassinju ta' Caruana Galizia. Dan wara li skont rapporti pprova jaħrab minn Malta bil-jott tiegħu kmieni filgħodu. Il-jott ta’ Fenech, ġie interċettat mill-Forzi Armati ta’ Malta għall-ħabta tal-5.30am fil-marina ta’ Portomaso.
 
Ingħad li isem Yorgen Fenech issemma’ fil-konverżazzjonijiet li kellhom il-Pulizija ma' Melvin Theuma li qed jingħad li huwa s-sensar tal-assassinju ta' Caruana Galizia.
 
==Ħajja Personali ==