Charles Darwin: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 25:
=== Il-vjaġġ tal-''Beagle'' ===
[[Stampa:Voyage of the Beagle-en.svg|thumb|450px|right| Il-vjaġġ tal-''Beagle'' (27 ta' Diċembru 1831 - 2 ta' Ottubru 1836)]]
Mill-ħames snin tal-ispedizzjoni tal-''HMS Beagle'', Darwin qatta' żewġ terzi tal-ħin fuq l-art. Iddeskriva għadd kbir ta' osservazzjonijiet ġeoloġiċi, ġabar ħafna organiżmi ħajjin u fossili, u metodikament ikkonserva l-kollezzjoni għanja ta' kampjuni li kien ġabar, ħafna minnhom ġodda għax-xjenza.<ref> van Wyhe 2006. </ref> F'diversi okkażjonijiet matul il-vjaġġ bagħat Cambridge xi kampjuni flimkien ma' ittri dwar l-iskoperti tiegħu. Dan għen biex jistabbilixxi l-fama tiegħu bħala naturalista. In-noti dettaljati li wrew kemm kien kapaċi fit-teorija jiffurmaw il-bażi tax-xogħol tiegħu ta' wara. Fid-[[Il-vjaġġ tal-Beagle|djarju]] tiegħu, li fil-bidu kien għall-familja biss u iktar tard ġie ippubblikatmniedi bit-titlu ''Il-vjaġġ tal-Beagle'', ġabar fih l-osservazzjonijiet tiegħu, u pprovda informazzjoni soċjali, politika u antropoloġika fuq għadd kbir ta' nies, kemm kolonjali u kemm indiġeni, li kien iltaqa' magħhom.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 189-192, 198. </ref>
 
Qabel it-tluq, Robert FitzRoy<ref> Robert FitzRoy wara sar difensur tal-interpretazzjoni litterali tat-testi [[Bibbja|bibliċi]]. F'daż-żmien wera interess konsiderevoli fl-ideat ta' Lyell kif jixhdu xi wħud mill-kummenti li għamel meta kien l-Amerika t'Isfel. Fid-djarju intimu tiegħu FitzRoy, matul il-vjaġġ max-[[Río Santa Cruz|Xmara Santa Cruz]], kiteb li kien jaħseb li l-pjanuri kienu oriġinarjament bajjiet li maż-żmien telgħu. Meta mar lura, wara li żżewweġ mara devota ħafna, ċaħad dawn l-ideat (ara Browne 1995, pp. 186, 414). </ref> ta 'l Darwin l-ewwel volum tal-''Prinċipji tal-Ġeoloġija'' ta' Charles Lyell (1797-1875) li spjega l-għamliet tal-art bl-akkumulazzjoni ta' proċessi gradwali matul perjodi twal ħafna ta' żmien. Fil-wasla tagħhom fil-gżira ta' [[Santiago (Kap Verde)|Santiago]] fil-[[Kap Verde]], Darwin osserva saff abjad fl-għoli f'irdum vulkaniku, saff magħmul minn frak tal-[[qroll]] u molluski maħruqin. Din l-osservazzjoni, li taqbel mal-prinċipju ta' Lyell dwar it-tlugħ u nżul bilmod tal-art, tat 'il Darwin prospettiva ġdida dwar l-istorja [[ġeoloġija|ġeoloġika]] tal-gżira u beda jaħseb biex jikteb ktieb dwar il-ġeoloġija.<ref> Browne 1995, pp. 183-190. </ref> Din l-iskoperta kienet segwita minn oħrajn iżjed importanti.<ref> John van Wyhe (2006). </ref> Innota li l-pjanuri tal-[[Patagonja]] huma magħmulin minn ċagħaq u arzell, bħal xtut li telgħu. Wara terremot fiċ-[[Ċili]], innota saff ta' maskli 'l fuq mill-livell tal-baħar, li jindika li l-livell tal-art kien tela'. F'altitudni għolja fl-[[Andi]], innota li xi fossili tas-siġar kienu żviluppaw fuq xtajtiet ramlija, qrib l-arzell tal-baħar. Fl-aħħarnett żvilluppa t-teżi li l-atolli tal-kroll iffurmaw fuq koni vulkaniċi huma u jegħrqu, u kkonfermaha meta l-''Beagle'' għadda mill-gżejjer [[Kokos]].<ref> Desmond & Moore 1991: 160-168, 182. <br /> 1887 Darwin: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.1&viewtype=text&pageseq=278 260]. <br /> 1958 Darwin: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1497&viewtype=text&pageseq=100 98-99] </ref>
Linja 145:
[[Stampa:Charles Darwin by Julia Margaret Cameron.jpg|thumb|200 px|Ritratt ta' Charles Darwin impinġi fl-1868 minn Julia Margaret Cameron.]]
 
Minkejja li matul l-aħħar tnejn u għoxrin sena ta' ħajtu sofra minn mard frekwenti, Darwin kompla x-xogħol tiegħu. Kien ippubblikanieda sommarju tat-teorija tiegħu, iżda l-aspetti l-aktar polemiċi tal-"ktieb il-kbir" tiegħu baqgħu mhux mitmuma, fosthom xhieda espliċita tal-fatt li l-bniedem hu mnissel minn annimali antenati tiegħu, u t-tfittxija tal-kawżi possibbli li kienu l-bażi tal-iżvilupp tas-soċjetà u l-kapaċitajiet mentali tal-bniedem. Huwa kien baqgħalu jispjega xi karatteristiċi li m'għandhom l-ebda użu ovvju ħlief min-naħa tal-estetika. Kompla jesperimenta, jfittex, jikteb.
 
Meta bintu mardet, Darwin waqaf mill-esperimenti tiegħu fuq iż-żrieragħ u l-annimali domestiċi biex imur joqgħod magħha ħdejn il-baħar; hemm beda jinteressa ruħu fl-[[Orchidaceae|orkideji]] salvaġġi u minn dan irriżulta studju revoluzzjonarju dwar kif il-ġmiel tal-fjuri jintuża' biex jiġu żgurati l-[[pollinazzjoni]] mill-insetti u d-dakkir. Bħal fil-każ tal-koċċli, sab li partijiet omoloġi jwettqu funzjonijiet differenti fi speċi differenti. Meta mar lura d-dar, saħħtu marret għall-agħar u l-kamra fejn kien mimdud kienet mimlija eperimenti inġenjużi biex isib kif jinfirxu x-xtieli xeblieka. Kellu żjara minn Ernst Haeckel (1834-1919), wieħed mill-ammiraturi kbar tiegħu li kien xandar l-evanġelju tad-[[Darwiniżmu]] mal-Ġermanja kollha.<ref> [http://www.darwinproject.ac.uk/content/ view/32/38 / Proġett tal-korrispondenza ta' Darwin: Introduzzjoni għall-korrispondenza ta' Charles Darwin, volum 14. Cambridge University Press]. Ikkonsultat fil-15 ta' Diċ., 2006. </ref> Wallace kompla jappoġġjah, għalkemm xaqleb aktar u aktar lejn l-[[Spritiżmu|ispiritiżmu]].<ref> Smith 1999. </ref>
Linja 173:
<ref>Darwin 1887, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.3&viewtype=text&pageseq=76 p. 64].</ref> Mistoqsi dwar il-fehmiet reliġjużi tiegħu, kiteb li hu qatt ma kien atew fis-sens li kien ċaħad l-eżistenza ta' Alla u li, b'mod ġenerali, "kien l-[[anjostiċiżmu]], li kien jiddeskrivi iktar eżatt l-istat mentali tiegħu".<ref> Darwin 1887, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.1&viewtype=text&pageseq=322 p. 304]. </ref>
 
Il-''Lady Hope Story'', ippubblikataimnedija fl-1915, sostniet li Darwin reġa' lura lejn il-Kristjaneżmu matul l-aħħar marda tiegħu. Din inċaħdet minn uliedu u l-istoriċi warrbuha bħala storja falza. Bintu, Henrietta, li kienet miegħu meta kien qiegħed imut, qalet li mhux veru li reġa' lura lejn il-Kristjaneżmu<ref> Yates 2003. </ref>. Fil-fatt, l-aħħar kliem tiegħu kienu diretti lejn Emma: "Ftakar x'mara tajba kont miegħi".<ref> Browne 2002, p. 495. </ref>
 
== Intepretazzjonijiet politiċi ==