Iżlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
2016.
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Linja 79:
L-'''Iżlanda''', uffiċjalment magħrufa bħala r-'''Repubblika tal-Iżlanda''', huwa pajjiż [[Pajjiżi Nordiċi|Nordiku]] iżolat għal kollox minn mal-kumplament tal-[[Unjoni Ewropea]]. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-tramuntana tal-[[Oċean Atlantiku]] u l-[[Oċean Artiku|Oċeani Artiċi]] fuq in-naħa Atlantika mezzana.<ref name="CIA Govt">{{ċita web |awtur=Central Intelligence Agency |titlu=CIA&nbsp;– The World Fact book&nbsp;– Iceland |xogħol=Government |editur=United States Government |data=20 ta' Lulju 2006 |url=https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/geos/ic.html |aċċessdata=6 ta' Awwissu 2006|lingwa=Ingliż}}</ref> Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar it-320,000 ruħ u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru, li tagħmilha l-inqas art ippopolata fl-Ewropa.<ref name="Statice">{{ċita web |awtur=Statistics Iceland |titlu=Statistics Iceland|xogħol=Government |editur=The National Statistical Institute of Iceland |data=14 ta' Settembru 2008 |url=http://www.statice.is#Govt |aċċessdata=14 ta' Settembru 2008|lingwa=Ingliż}}</ref> [[Rejkjavik]] hi l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-pajjiż.<ref name="Young2009">{{ċita ktieb|awtur=Don Young|titlu=Reykjavik Iceland & its Surroundings|url=http://books.google.com/books?id=Q-E04qINoCMC&pg=PT30|sena=2009|editur=Hunter Publishing, Inc|paġna=30}}ISBN 978-1-58843-798-3</ref> Fil-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-ilbiċ tal-pajjiż joqogħdu żewġ terzi tal-popolazzjoni. Il-belt kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-iktar belt li tinsab mibnija f'altitudni għolja fid-dinja. L-Iżlanda hija magħrufa għall-attività [[vulkan]]ika u [[gradjent ġeotermali|ġeolika]] tagħha. L-interjur jikkonsisti minn pjanura kkaretterizzata mir-ramel u mill-għelieqi tal-[[lava]], muntanji u glaċieri, waqt li bosta [[xmara|xmajjar glaċjali]] jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha iżżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-[[Golf Influss]] u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-[[Ċirku Artiku]].
 
Skont ''[[Landnámabók]]'', in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku sa mis-sena 847 WK meta l-kmandant [[Ingólfr Arnarson]] sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità Norveġiża.<ref name="tomasson">{{ċita ktieb |kuljom= Tomasson |isem= Richard F. |titlu= Iceland, the first new society |editur= U of Minnesota Press |sena= 1980 |paġna= 63}}ISBN 0-8166-0913-6</ref> Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-[[Nies Norveġiżi|Norveġiżi]] abitaw lill-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini [[Gaeliċi|Gaeliku]]. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mill-[[Monarkija tad-Danimarka|monarkiji Daniżi]]. Il-pajjiż attribwixxa l-[[Att tal-Unjoni Daniż-Iżlandiż|indipendenza tiegħu fl-1918]] u beda jissejjaħ Repubblika sa mill-1944. Sas-seklu għoxrin, il-[[Iżlandiżi|popolazzjoni Iżlandiża]] kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikultura (voldieri l-produzzjoni ta' ħaxix u frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar nazzjonijiet foqra u l-inqas avvanzati fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-[[Pjan Marshall]] ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]], u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-[[Żona Ekonomika Ewropea]], li fetħet lok għall-ekonomija sabiex tiddiversifika f'servizzi ekonomiċi u finanzjarji.
 
L-ekonomija tas-suq tal-Iżlanda hija waħda ħielsa, b'[[taxxa korporattiva|taxxi korporattivi]] li huma relattivament baxxi meta huma kkumparati ma' nazzjonijiet oħra tal-OECD<ref>{{ċita web|url=http://www.oecd.org/document/60/0,2340,en_2649_34533_1942460_1_1_1_1,00.html |titlu=OECD Tax Database |editur=Oecd.org |aċċessdata=2010-01-26}}</ref>, filwaqt li tinżamm sistema benesseri Nordika li tipprovdi l-kura tas-saħħa b'mod universali flimkien mal-[[edukazzjoni terzjarja]] għaċ-ċittadini tagħha.<ref>{{ċita web|url=http://www.borg.hi.is/ChildWelfare|titlu=The Icelandic Welfare State and the Conditions of Children|kuljom=Ólafsson|isem=Stefán|data=12 ta' Mejju 2004|editur=borg.hi.is|aċċessdata=22 ta' April 2010}}</ref> Fl-2013, l-indiċi tan-nazzjonijiet unuti rigward l-iżvilupp tal-bniedem qiegħed lill-Iżlanda fit-tlettax-il post fejn ingħatat il-mertu preġjattiv tal-[[Lista ta' pajjiżi skont l-Indiċi tal-Iżvilupp Uman|iktar nazzjon żviluppat fid-dinja]].<ref name="HDI">{{ċita web|url=http://hdr.undp.org/en/media/HDR_2011_EN_Table1.pdf}}</ref> Però sabiex wieħed jasal fejn qiegħed illum jinħtieġlu li jgħaddi mill-iktar triq diffiċli minħabba l-[[falliment bankarju]] tal-2008, din il-problema kkawżat ħafna inkwiet politiku. Fid-dawl tal-kriżi, l-Iżlandiżi ħasbu biex jikkontrollaw il-kapital tagħhom, żball ieħor li pprojbixxa lill-poplu milli jiġbed flusu minn diversi fergħat tal-bank.<ref>{{ċita web|url=http://www.fundforpeace.org/global/?q=fsi |titlu=Fundforpeace.org. Failed States Index (2011) |editur=Fundforpeace.org |data=19-5-2012 |aċċessdata=2012-10-12|lingwa=Ingliż}}</ref> Għalkemm huma temporanji, il-kontrolli jibqgħu u huma fost l-ikbar ostakli għall-ksib tal-interessi nazzjonali fl-ekonomija Iżlandiża. Ir-rankatura tal-Iżlanda hija waħda għolja fl-istabilità ekonomika u politika, minkejja l-fatt li dawn l-oqsma għadhom għaddejjin minn proċess ta' rikoverazzjoni mill-[[kriżi finanzjarja 2008]]. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija apprezzatta ħafna fl-Iżlanda, infatti fir-rapport globali tal-2012, li jitkellem rigward l-ugwaljanza, l-Iżlanda tokkupa l-ewwel post, segwita mill-[[Finlandja]], mill-[[Żvezja|Iżvezja]] u min-[[Norveġja]].<ref>{{ċita web|url=http://www3.weforum.org/docs/WEF_GenderGap_Report_2012.pdf|titlu=The Global Gender Gap Report 2012|editur=Www3.weforum.org|aċċessdata=2012-11-19}}</ref>
Linja 110:
L-Iżlanda tinsab f'pożizzjoni speċifika xi mkien fejn l-oċean Atlantiku u l-oċean Artiku. Il-gżira prinċipali tinsab kompletament lejn in-nofsinhar taċ-ċirku Artiku, li jgħaddi mill-gżejra Iżlandiża ta' Grimsey 'il barra mill-kosta Nordika tal-gżira prinċipali. Il-pajjiż jinsab bejn il-latitudnijiet 63° u 67° T, kif ukoll bejn il-lonġitudnijiet 25° u 13° P. L-Iżlanda hija ferm eqreb tal-Ewropa kontinentali milli tal-Amerika ta' fuq, allura, il-gżira hija ġeneralment deskritta bħala stat Ewropew minħabba raġunijiet Storiċi, Politiċi, Kulturali u prattiċi. Ġeoloġikalment il-gżira tinkludi partijiet ta' żewġ pjanċi kontinentali. L-eqreb medda ta' art li tinsab viċin ta' dan il-pajjiż hija l-Grinlandja, li qiegħda 290 kilometru 'l bogħod u l-eqreb meded ta' art li jifformaw parti intrinsika mill-kontinent Ewropew huma l-gżejjer tal-Faroe (420 kilometru), Il-gżira ta' Jan Mayen (570 kilometru); Shetland u l-ebridi esterni, li t-tnejn huma madwar (740 kilometru); L-art prinċipali tal-Iskozja u Orkney, li jinsabu fid-distanza ta' (750 kilometru) u l-art prinċipali tan-Norveġja li qiegħda madwar 970 kilometru 'l bogħod.
 
L-Iżlanda hija kklassifikata bħala t-tmintax l-ikbar gżira fid-dinja, u bħala t-tieni l-ikbar gżira fl-Ewropa wara l-Gran Brittanja. Id-daqs ta' din il-gżira huwa ta' 101,826 kilometru kwadru, iżda l-kumplament tal-gżira tesa' daqs 103,000 kilometru kwadru, fejn 62.7% huwa tundra. B'kollox hemm tletin gżira ta' daqs minuri li jaqgħu taħt id-dominju tal-Iżlanda, dawn huma Grimsey u l-apċipelagu ta' Vestmannaeyjar li jospitaw popolazzjonijiet zgħar. Il-Lagi u l-glaċieri jkopru madwar 14.3% mill-wiċċ ta' din il-gżira, fejn 23% biss jipposjedu xi tip ta' veġetazzjoni li tinsab imminenti tagħhom. L-ikbar lagi huma Þórisvatn (Ġibjun): ta' 83–88 kilometru kwadru u Þingvallavatn ta' 82 kilometru kwadru, Lagi oħra li huma meqjusin importanti huma: Lagarfljót u Mývatn. Jökulsárlón huwa l-iktar lag fond, b'fond li jlaħħaq għal madwar il-248 metru. Ġeoloġikament, l-Iżlanda hija parti mix-xifer mid-Atlantiku, xifer naturali ma' fejn tinfirex il-qoxra oċeanika sabiex tkun tista' tiġi ffurmata qoxra oċeanika ġdida. Din il-parti tax-xifer tal-oċean mezzan tinsab fuq mantle plume u għalhekk dan il-fattur jagħmel lill-Iżlanda subarjali, voldieri ('il fuq mill-wiċċ tal-baħar). Ix-xifer jimmarka l-fruntiera bejn il-plattini tetoniċi tal-Ewrasja u tal-Amerika, u tajjeb li ngħidu wkoll li l-Iżlanda ġiet ikkreataiffurmata permezz tal-formazzjoni kontinwa ta' bosta qasmiet territorjali li ġew megħjuna permezz tal-veloċitàheffa qerrieda iżda benefiċjarja tal-vulkaniżmu li seħħ max-xifer tal-gżira.
 
L-Iżlanda għandha tliet parkijiet nazzjonali, dawn huma: Il-park nazzjonali ta' Vatnajökull, il-park nazzjonali ta' Snæfellsjökull,u l-park nazzjonali ta' Þingvellir. Il-pajjiż huwa kkunsidrat bħala parteċipant b'saħħtu fejn tidħol il-protezzjoni tal-ambjent, infatti l-Iżlanda tinsab ikklassifikata fit-tlettax-il post għall-prestazzjoni eċċellenti tal-ambjent li huwa mogħni bih il-pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar l-għallmu kollu li qiegħed jagħmel dan il-pajjiż huwa ġest umli li jinħtieġlu kull rispett u apprezzament.