Daphne Caruana Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 299:
Sadanittant, xehdu wkoll diversi esperti tal-Europol, li tkellmu fuq ix-xogħol individwali tagħhom u ġew ippreżentati diversi oġġetti fil-Qorti. Wieħed mix-xhieda tal-Europol spjega kif l-evidenza miġbura inqasmet fi tlieta: dik li ġiet eżaminata f’Malta, dik li ttieħdet fil-kwartieri tal-Europol u dik li ma kellha l-ebda importanza. L-evidenza li ttieħdet barra minn Malta inġiebet lura personalment taħt sigurtà massima.
 
==== '''3 ta' Settembru 2018 ===='''
 
Illum xehdu numru ta’ rappreżentanti tal-kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ telefonija, esperti mqabbda mill-Qorti, esperti barranin kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija. L-espert tal-Qorti Keith Cutajar xehed dwar id-dgħajsa Maya filwaqt li ppreżenta għadd ta’ kopji ta’ evidenza ppreżentata mill-Europol aktar kmieni din is-sena.
 
Line 308 ⟶ 309:
Sadanittant, iddaħħlu wkoll numru ta’ kaxxi bl-evidenza miġbura minn fuq ix-xena tar-reat. Dawn bdew jinfetħu waħda wara l-oħra, bil-proċess ħa kemmxejn fit-tul hekk kif beda jkun spjegat x’fiha kull kaxxa.
 
==== '''11 u 12 ta' Ottubru 2018 ===='''
 
Numru ta' esperti forensiċi komplew jixhdu dwar l-involviment tagħhom fil-ġbir ta' provi forensiċi mit-tinda tal-patata fejn ġew arrestati t-tliet akkużati, minn żewġ dgħajjes ta' tnejn mill-akkużati u mid-djar tagħhom. Huma xehdu kif elevaw, fost oħrajn, marki tas-swabi mill-imsemmija tinda u anke telefons ċellulari u għaddewhom lil esperti oħra għal aktar stħarriġ.