Papa Franġisku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 140:
 
Fil-21 ta' Diċembru, Papa Franġisku f’diskors iebes lill-Kurja Rumana qal li r-riforma hija waħda diffiċli ħafna u li fil-Kurja, barra persuni qaddisin, hemm it-tradituri u min japprofitta ruħu.
 
=== Fl-2018 ===
Fid-19 ta' Marzu ħareġ l-eżortazzjoni appostolika ''Gaudete et exsultate'' (''Ifirħu u thennew''), dwar "is-sejħa għall-qdusija fid-dinja tal-lum".
 
Fl-20 ta' April, żar il-qabar ta' Don Tonino Bello.
 
Fis-7 ta' Lulju, f'Bari, f'laqgħa ekumenika għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
 
Fis-27 ta' Lulju, aċċetta r-riżenja tal-Kardinal Theodore McCarrick, li kien Arċisqof ta' Washington, wara akkużi fondati ta' abbuż sesswali.
 
Fl-20 ta' Awwissu, f'ittra ta' 2,000 kelma talab maħfra għall-abbużi li saru mill-membri tal-Kleru u nżammew moħbija.
 
Fis-26 ta' Awwissu, l-eks Nunzju Carlo Maria Viganò ippubblika ittra li fiha akkuża lil Papa Benedittu XVI u Papa Franġisku li kienu ilhom jafu bl-allegazzjonijiet kontra l-Kardinal Theodore McCarrick qabel dan irriżenja. Viganò sejjaħ għar-riżenja tal-Papa.
 
Fis-26 ta' Awwissu, fl-Irlanda, talab maħfra għall-"abbużi ta' poter u kuxjenza" li saru mill-kleru f'dak il-pajjiż.
 
Fis-6 ta' Ottubru, jiftaħ is-Sinodu taż-Żgħażagħ.
 
Fit-3 ta' Diċembru, ħarġet intervista twila f'forma ta' ktieb, il-Qawwa tal-Vokazzjoni.
 
== Vjaġġi appostoliċi ==