Assedju ta' Malta (1565): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
m little changes
Linja 22:
Il-Kavallieri rebħu dan l-assedju, wieħed mill-aktar assedju mdemmi fl-istorja u fost l-aktar qalil, u li fis-seklu sittax kien avveniment li biddel wiċċ l-[[Ewropa]]. Il-filosfu [[Voltaire]] jgħid dwar dan l-assedju, "Xejn mhu magħruf aktar mill-assedju ta' Malta". Din kellha tkun l-aħħar theddida Ottomana fl-Ewropa, b'din il-battalja tkun l-aħħar wiċċ imb wiċċ għall-ġlieda bejn il-forzi Kristjani u dawk Ottomani għall-kontroll tal-[[Baħar Mediterran|Mediterran]].
 
== L-Assedju fosh]], [[1565]] meta fuq ix-xefaq dehret il-flotta Ottomana mmexxija minn Pijali Paxà bħala Ammirall Paxà bħala ġeneral tat-truppi. L-Ottomani niżlu l-art b'40,000 suldat u tellgħu l-kampijiet tagħhom fil-kampanja l-ikbar wieħed kien fil-wita tal-[[Marsa]].
 
L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann kien immexxi mill-Gran Mastru [[Jean Parisot de la Valette]]. La Valette kellu madwar 9,000 raġel taħt l-armi li minnhom 592 kienu kavallieri. Il-biċċa l-kbira minnhom irġiel Maltin. Mill-bidu kien hemm diżgwit bejn il-Ġenerali Ottomani. Mustafà ried li jieħu lil [[Għawdex]] taħt idejh billi jirbaħ iċ-[[Ċittadella]] u jokkupa l-[[Mdina|Imdina]] b'hekk jifdal il-[[Forti Sant'Iermu]], il-[[Birgu]] u l-[[Isla]]. Pijali ma qabilx mal-pjan għax ried li l-ewwel jikseb port tajjeb u kenni għall-flotta. Għalhekk Pijali ried li l-ewwel jiġi attakkat il-forti Sant'Iermu u wara li jintrebaħ il-forti u l-flotta tkun sigura fil-port ta' [[Marsamxett]] isiru l-attakki biex tintrebaħ il-gżira. Meta tniżżlu t-truppi u twaqqfu l-kampijiet bdew l-attakki mill-ewwel fuq il-forti Sant'Iermu. Wara ġimagħtejn wasal [[Dragut]] bil-flotta tiegħu. U żdiedu l-attakki fuq il-forti li kien meqjus bħala l-iktar wieħed inferjuri mit-tlieta.
Linja 39:
Għadhom jissemmew ħafna xi nies Maltin li b'kuraġġ issieltu fl-Assedju, fosthom [[Toni Bajjada]] li kien jaqsam mill-Birgu sal-Belt bl-għawm u wara jibqa' tiela' minn qalb it-Torok bil-messaġġi ta' La Valette lejn l-[[Mdina|Imdina]]. Jissemmew ukoll persuni ta' ħila li kienu jbaħħru bejn Malta u Sqallija jwasslu l-aħbarijiet tal-gwerra.
 
== Wara foshembru għadha titfakkar kull sena b'festa nazzjonali f'Malta, u magħha żdiedet it-tifkira ta' meta ntemm it-[[Assedju ta' Malta (1940)|tieni Assedju ta' Malta]] meta fit-[[8 ta' Settembru]] [[1943]] l-Italja ffirmat l-[[Armistizzju]]. Din il-ġurnata hi magħrufa bħala [[Jum il-Vitorja]]
 
== Ara wkoll ==