Daphne Caruana Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 343:
Oħt Daphne Caruana Galizia, Corinne Vella, kienet qalet lill-Proġett Daphne li l-aħħar laptop li kienet qed tuża Caruana Galizia kien għand il-familja u għax ma għandhomx fiduċja fil-pulizija rrifjutaw li jgħadduh. Matthew Caruana Galizia kien qal ftit qabel li jippreferi jaħraq il-laptop milli jgħaddih lill-pulizija. Kien saħaq li l-Pulizija għandhom minflok jiġbru l-laptop tal-Prim Ministru Joseph Muscat
 
===Każ relatatb'rabta mal-Kutrabandu ta' fuel mil-Libja? ===
Il-ġurnalista Amerikana Ann Marlowe qalet fuq l-istazzjon Rainews 24 li l-materjal użat biex saret il-bomba li tpoġġiet taħt il-karozza ta’ Caruana Galizia, maħsub li kien Semtex, kien ġej mil-Libja, speċifikament mill-port ta’ Zwara. Dan ma kienx ikkonfermat mill-Pulizija Maltija. Marlowe kienet propju l-ewwel ġurnalista li fl-2015 tkellmet dwar it-trasport ta’ fjuwil b’kuntrabandu mil-Libja lejn l-Ewropa.
 
Linja 361:
 
L-operazzjoni magħrufa bħala Dirty Oil qed jintqal li kienet tinvolvi aktar minn tletin vjaġġ li matulhom ġew trasportati aktar minn tmenin miljun kilogramma ta’ żejt bil-kuntrabandu għall-valur ta’ tletin miljun ewro.
 
=== Kaz b'rabta ma' Investigazzjoni fuq Ħasil ta' Flus f'bank fil-Latvja? ===
F'Ġunju 2019, il-familja Caruana Galizia qalet li hemm ċans li hemm rabta bejn il-qtil tagħha u l-investigazzjoni li kienet qed tagħmel fuq il-bank ABLV fil-Latvja, li allegatament kien qed jipprovdi spazju għal network ta’ ħasil tal-flus għal persuni esposti politikament f’Malta u fl-Ażerbajġan.
 
Dan qalitu fi stqarrija wara li fit-30 ta’ Mejju 2019 ssottomettiet rapport dwar tranżazzjonijiet suspettużi, twil 31 paġna, lill-uffiċju għall-Prevenzjoni tal-ħasil ta’ flus li jinġiebu minn attività kriminali fil-Latvja. Ir-rapport isemmi membri tan-network tal-ħasil tal-flus li Daphne Caruana Galizia kienet qed tinvestiga u li hu maħsub li kellhom konnessjoni mal-qtil tagħha.
 
L-istqarrija tgħid li Caruana Galizia tħalliet tiddokumenta waħedha l-kriminalitajiet dwar Pilatus Bank u l-ħabi ta’ dawn il-kriminalitajiet mill-Gvern Malti. Il-familja spjegat kif Martins Bunkus, avukat mil-Latvja li wkoll ħadem sabiex ABVL Bank jiġi likwidat involuntarjament, spiċċa maqtul wara attakk ippjanat, seba’ xhur biss ‘il bogħod mill-qtil ta’ Caruana Galizia. Qalu li l-assassinju tiegħu wkoll għadu mhux solvut.
 
Il-familja sostniet li minħabba li żewġ persuni li bdew jippruvaw jikxfu l-fatti tal-każ spiċċaw maqtula ftit inqas minn sena ‘l bogħod minn xulxin, u fiż-żewġ każijiet il-mandanti għadhom mhux magħrufa, huwa ċar li l-Ewropa qed tesperjenza emerġenza kriminali u korrotta u hemm ċans kbir li jkomplu jinqatlu aktar persuni minħabba dan.
 
Il-familja tenniet li hija kommessa li tikseb ġustizzja sħiħa għal Caruana Galizia u l-investigazzjonijiet tagħha. Qalet li temmen li l-unika mod kif tista’ titwaqqaf il-kriminalità hija permezz tal-kontabbiltà u l-użu ta’ awtoritajiet ġudizzjarji.
 
==Ħajja Personali ==