Elezzjonijiet Ewropej 2019 (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: L-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew 2019 saru f'Malta nhar is-Sibt 25 ta' Mejju biex jelliġġu d-delegazzjoni minn Malta għall-Parlament Ewropew mill-2019 sal-2024. Din kien...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 20:14, 24 Mejju 2019

L-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew 2019 saru f'Malta nhar is-Sibt 25 ta' Mejju biex jelliġġu d-delegazzjoni minn Malta għall-Parlament Ewropew mill-2019 sal-2024. Din kienet ir-raba' elezzjoni ta' din ix-xorta f'Malta.

Għal din l-elezzjoni ħarġu kandidati minn dawn il-partiti: Partit Laburista, Partit Nazzjonalista, Alternativa Demokratika, Partit Demokratiku Imperium Europa, Moviment Patrijotti Maltin u Alleanza Bidla.

B’kollox, bid-dritt għall-vot f’din l-elezzjoni f’dawk li huma votanti reġistrati skont l-aħħar Reġistru Elettorali, kien hemm total ta’ 317,625 vot.

Voti mhux miġbura

Ma nġabrux 38,737 vot, li jammontaw għal total ta’ 10.4%. Dan huwa żieda ta' 4% fuq l-2014, meta dik is-sena kien hemm 21,856 vot li ma nġabrux.

Il-biċċa l-kbira tal-voti li ma nġabrux f’dawk il-lokalitajiet fejn hemm residenti diversi barranin.

Mill-Gżira li mill-5,755 vot disponibbli ma nġabrux 1,454 jew 25% tal-voti.

Mill-Imsida mis-6,428 vot ma nġabrux 1,156 vot (18%);

Minn San Ġiljan mis-7,036 vot ma nġabrux 1,848 vot (26%); u

Tas-Sliema mit-12,264 vot disponibblima nġabrux 3,063 (25%).

L-aktar lokalità li rat l-akbar ammont ta’ voti li ma nġabrux hija dik ta’ San Pawl il-Baħar, fejn saħansitra l-ammont ta’ voti li ma nġabrux ammontaw għal kważi terz. F’din il-lokalità kien hemm 16,343 vot disponibbli, li minnhom ma nġabrux 5,238 vot li jammontaw għal 32% tal-voti kollha.

F’dak li jikkonerna lill-gżira ta’ Għawdex, kien iż-Żebbuġ li ra l-akbar ammont ta’ voti li ma nġabrux, b’dawn jammontaw għal 548 vot mit-total ta’ 2,402. Dan ifisser li 22.8% tal-voti għal din il-lokalità baqgħu mhux miġburin.