Kon-Katidral ta' San Ġwann: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 11:
Il-Gran Mastru [[Manuel Pinto da Fonseca]] għamel donazzjonijiet sostanzjali lill-Knisja Konventwali tal-Ordni, fosthom żewġ qniepen kbar u tqal fonduti mill-Mastru Funditur tal-Ordni, Aloisio Bouchut, fl-1747 u fl-1748; dawn għadhom indendlin fil-kampnari tal-Kon-Katidral. Dawn il-qniepen ġew fonduti mill-bronż ta' żewġ bażiliski li ħallew warajhom it-Torok fl-assedju tal-1565.
 
Fis-seklu 19 il-kappella tal-Lingwa Franċiża kienet il-vittma ewlenija tal-fanatiċiżmu tal-grupp artistiku li kien iġib l-isem Nazarene, li kien jaspira biex jirriforma l-arti Kristjana u jħassar għalkollox il-memorja tal-fjoritura Barokka ta' qablu. San Ġwann tħalla f'idejn [[Giuseppe Hyzler]] (1787-1858), il-mexxej ewlieni lokali tal-moviment. B'zelu riformista kbir, beda biex neħħa mill-Kappella Franċiża dak li forsi kien l-aktar altar artistikament interessanti f'San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu saħansitra l-monumenti sepulkrali fil-kappella kellhom jgħaddu minn tibdil u diġà kienet saret xi ħsara lill-monument tal-[[Gran Mastru de Rohan]] meta protesta qawwija fis-sajf tal-[[1840]] wasslet biex l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk.
 
Fl-[[l941]]1941, tul it-[[Tieni Gwerra Dinjija]], il-Kon-Katidral ta' San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil-bombi mill-ajru fuq il-Belt Valletta. Parti mill-Anness sofriet l-aktar u l-knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit. Il-kampnari u l-Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l-bieb prinċipali nfaqa' 'l ġewwa. Fortunatament, dak li kien hemm fil-knisja kien diġà ġie trasferit f'post ieħor fil-ħin.
 
== Intern ==