Kon-Katidral ta' San Ġwann: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
No edit summary
Linja 7:
Il-faċċata sempliċi, li għandha kampnar kbir fuq kull naħa, hija awstera u għandha l-karattru ta' fortizza li jirrifletti l-istat sobriju tal-Ordni wara l-Assedju l-Kbir. In-navata hija twila 53 metru u wiesgħa 15-il metru u għandha kappelli tal-ġenb fuq kull naħa. Dawn il-kappelli kienu assenjati lid-diversi lingwi skont l-anzjanità. Il-lingwi ta' [[Franza]], l-[[Italja]] u [[Aragona]], li kienu predominanti, tqiegħdu l-aktar qrib l-altar.
 
Kif it-tbexbix tas-seklu 17 daħħal l-istil Barokk ġdid, il-[[Gran Mastru CotonerKottoner]] ordna d-dekorazzjoni tal-knisja minn ġewwa. Il-[[Kavallieri]] kienu ħerqana li jħabbtuha mal-knejjes kbar ta' [[Ruma]] u l-karattru pompuż u dimostrattiv tal-era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan. L-artist Kalabriż Mattia Preti, li kien ikkummissjonat b'dan ix-xogħol, bidel ġewwa f'ċelebrazzjoni ta' arti Barokka. Huwa l-kuntrast bejn il-faċċata sempliċi u sobrija tal-binja mal-karattru festiv ta' ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku.
 
Il-Gran Mastru [[Manuel Pinto da Fonseca]] għamel donazzjonijiet sostanzjali lill-Knisja Konventwali tal-Ordni, fosthom żewġ qniepen kbar u tqal fonduti mill-Mastru Funditur tal-Ordni, Aloisio Bouchut, fl-1747 u fl-1748; dawn għadhom indendlin fil-kampnari tal-Kon-Katidral. Dawn il-qniepen ġew fonduti mill-bronż ta' żewġ bażiliski li ħallew warajhom it-Torok fl-assedju tal-1565.