Il-Mandraġġ: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Linja 3:
 
==Il-bidu==
F’din iż-żona meta ġiet biex tinbena l-Belt fl-1566 kien ippjanat li jkun hemm “mandracchio” jew mandraġġ li jfisser parti kennija fil-port għat-tiswija tal-vapuri. B’dan il-għan l-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni ta’ San Ġwann]] ħareġ ordni sabiex il-ġebel biex tinbena l-belt kellu jittieħed minn dan is-sit sakemm il-ġebel ma jittiħidx mill-hassagebel biex jitħaffer il-ġibjun. Ir-raġuni għalfejn intgħażel dan is-sit kien minħabba li l-blat kien inqas imżerżaq lejn il-baħar.<ref name="critien">The Manderaggio. Notes, historical and other. With illustrations - Attilo Critien, 1938 </ref>
 
Kien bejn l-1572 u l-1600 li bdew jinbnew id-djar f’dan il-post li kien barriera mitluqa. Id-djar li bdew jinbnew mal-erba’ naħat tal-mandraġġ żammew mal-arkitettura tal-belt imma dawk li kienu fuq in-naħa ta’ ġewwa kienu qed jinbnew mingħajr ippjanar.