Ħinduiżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Bot: il-fajl Raja_Ram_Mohan_Roy.jpg ġie mħassar minn fuq Commons minn Rodhullandemu minħabba: per c:Commons:Deletion requests/File:Raja Ram Mohan Roy.jpg
Linja 7:
 
== Etimoloġija ==
 
[[Stampa:Raja Ram Mohan Roy.jpg|200px|right|thumb|Ram Mohan Roy (1772-1833), riformatur Ħindu, li x'aktarx kien l-ewwel wieħed li uża fl-1823 it-terminu ''Hinduism''<ref>X'aktarx l-ewwel awtur li uża t-terminu ''Hinduism'' kien Ram Mohan Roy (1772-1833) fl-1823. Cfr. Michel Delahoutre fid-''Dictionnaire des Religions'' (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984.</ref>, li mbagħad ixxerred mill-Ingliżi u ġie adattat f'lingwi oħra tal-Punent.]]
[[Stampa:Pashupatinath Entrance Bull.JPG|200px|thumb|Id-daħla tat-tempju Paxupatināth (Mulej tal-imrieħel) iddedikat lil Xiva f'Kathmandu. Fit-tempju jistgħu jidħlu biss l-Indjani li jappartienu għal ''varṇa'' ikun x'ikun it-twemmin tagħhom waqt li l-viżitaturi l-oħra huma strettament projbiti anke jekk jipprofessaw bil-ħerqa fid Ħinduwija.]]
Il-terminu Malti "Ħinduiżmu", ġej mit-terminu Ingliż ''Hinduism'' imxerred mill-Ingliżi fl-epoka moderna<ref>X'aktarx l-ewwel awtur li uża t-terminu ''Hinduism'' kien Ram Mohan Roy (1772-1833) fl-1823. Cfr. Michel Delahoutre fid-''Dictionnaire des Religions'' (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984.</ref>, magħmul biż-żieda tas-suffiss ''ism'' mal-għerq ''hindu''. Dan l-aħħar terminu ''ħindu'' kienu jużawh it-Torok Misilmin mis-seklu 13 għal dawk li ma kinux tat-twemmin tagħhom<ref>Cfr. Stefano Piano. ''Dizionario delle religioni'' (ed. Giovanni Filoramo. Torino, Einaudi, 1993, paġni 373-4. </ref> waqt li t-terminu Għarbi ''al-Ħind'', jidher fit-testi Għarab biex ifisser il-poplu sħiħ tal-Indja<ref>Cfr. Romila Thapar. ''Interpreting Early India''. Delhi, Oxford University Press, 1993, p. 77</ref>.