Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Deleted it all
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Linja 244:
=== Fil-Gwatemala ===
Fl-1993 Dun Ġużepp Camilleri kien wieħed minn grupp ta' sitta li marru għall-missjoni fil-[[Gwatemala]], fl-Amerika Ċentrali. Dan il-qassis trabba minn ċkunitu l-Museum tax-Xewkija u kellu żewġ zijiet tiegħu (Salvu u Manwel Camilleri) membri tal-Museum. Il-kanonizzazzjoni ta' San Ġorġ Preca nhar it-3 ta' Ġunju 2007 fil-Gwatemala setgħu jarawha minn fuq it-televiżjoni fis-2.00 ta' filgħodu minħabba li hemm qegħdin 8 sigħat wara l-ħin ta' Malta. Dak in-nhar stess fil-għaxija Dun Ġużepp Camilleri ddedika l-parroċċa ta' Pajonal (tinqara Pahonal), villaġġ li qiegħed fuq muntanja, lil San Ġorġ Preca billi dik il-parroċċa kien għad ma kellhiex il-qaddis patrun tagħha. Din kienet bla dubju l-ewwel parroċċa ddedikata lill-ewwel qaddis kkanonizzat Malti. Għal din l-okkażjoni, Dun Ġużepp Camilleri ġab inkwadru kbir ta' San Ġorġ Preca, saret purċissjoni u kant bil-latin li kiteb l-istess qaddis Malti. Il-qassis Għawdxi Dun Ġużepp Camilleri qaleb għall-Ispanjol (il-lingwa uffiċjali tal-Gwatemala) ħafna talb ta' San Ġorġ Preca u ta' sikwit isemmi lil dan il-qaddis Malti fil-priedki tiegħu fil-parroċċa fejn qiegħed jagħmel il-ħidma missjunarja tiegħu.
=== F'Malta ===
Mons. Arċisqof Pawl Cremona stabbilixxa z-Zona Awtonoma tas-Swatar bħala Parroċċa taħt it-titolu ta' San Ġorġ Preca, b'seħħ mit-8 ta' Novembru 2008.
 
== Titli u monumenti ==
Nhar it-2 ta' Ottubru 1952, il-Papa Piju XII ħatar lil Dun Gorg bħala Kamrier Sigriet bit-titlu ta' Monsinjur. Dun Gorg tnikket ħafna minħabba din l-onorifiċenza. Huwa baqa' Monsinjur sitt snin sakemm miet il-Papa Pacelli fl-1958.