Madre Tereża ta' Kalkutta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 3 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q30547
No edit summary
Linja 13:
Attiva u kontemplattiva fl-istess ħin, fiha kien hemm idealiżmu u konkretezza, pragmatiżmu u utopja. Kienet tħobb tiddefinixxi lilha nnifisha bħala "l-lapes żgħir ta’ Alla", strument żgħir u sempliċi f’idejh. Kienet tagħraf b’umiltà li meta l-lapes jispiċċa, il-Mulej jarmih u jafda lil ħaddieħor il-missjoni appostolika tagħha: "Min jemmen fija jagħmel hu ukoll l-għemejjel li qed nagħmel jien, u ikbar minnhom ukoll" (Ġwanni 14, 12).
 
== Wara mewthamawta ==
Madre Tereża mietet f’Kalkutta filgħaxija tal-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 1997, fid-9.30. Kellha 87 sena. Fis-26 ta’ Lulju 1999 infetaħ il-proċess tagħha ta’ beatifikazzjoni, 3 snin qabel suppost; għalkemm għall-poplu Madre Tereża kienet diġà qaddisa. Nhar id-19 ta' Ottubru 2003, il-Papa [[Ġwanni Pawlu II]] iddikjaraha Beata. Il-messaġġ tagħha huwa dejjem attwali: li kulħadd ifittex il-Kalkutta tiegħu, li tinsab ukoll fit-toroq ta’ l-Oċċident sinjur, fir-ritmu frenetiku ta’ l-ibliet tagħna. “Tista’ ssib Kalkutta fid-dinja kollha jekk għandek għajnejn biex tara. Kull fejn hemm persuni mhux maħbuba, li ma jridhom ħadd, imwarrbin u minsijin minn kulħadd”.