Kemmuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 10:
Il-gżira ta' Kemmuna għandha pajsaġġ ''karst'' jisostjieni [[Flora ta' Malta|makkja]] b'arbuxxelli sklerofilli. Riċentament saret afforestazzjoni limitata bis-siġar tal-arżnu. L-Għeriem tar-ramel fil-bajja ta' Santa Marija fihom parti mill-veġitazzjoni nattiva tal-gżira, inklużi hemm is-siġar tal-Vitex u tat-Tamarisk. Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-għaqda internazzjonali ta' [[Bird Life]], dan għaliex fuqha hemm bejn 50 sa 80 par ta' [[Lista tal-għasafar ta' Malta|Garni]] li jbejtu fuq din il-gżira.
 
==Storja==
 
==Storja==
 
Huwa magħruf li Kemmuna kienet abitata mill-bdiewa matul il-perjodu Ruman, imma qatt ma kellha popolazzjoni li setgħet issejħilha tagħha ghax il-gżira kienet meqjusa bħala proprjetà privata jonkella għax ġiet abbandunata għal kollox. Il-kosta ta' din il-gżira hija mogħnija bl-isbaħ irdum tal-franka u hija miżgħuda b'għerien fondi li kienu popolari mal-pirati u mal-ħallelin tal-baħar, li kienu jduru madwar il-Mediterran fi żmien il-Medju-Evu. L-għerien u l-ħofor ta' Kemmuna kienu użati ta' sikwit bħala bażijiet naturali minn fejn wieħed ikun jista' jattakka lil dawk id-dgħajjes li kellhom il-ħsieb jaqsmu l-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex sabiex ikunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni mixtieqa. Iktar tard, il-kavallieri ta' Malta bdew jagħmlu użu importanti minn Kemmuna, u għalhekk innominawha l-gżira tal-kaċċa u tar-rikreazzjoni. Il-kavallieri kienu protettivi ħafna f'dak kollu li kien jirrigwarda l-kaċċa fuq din il-gżira, dan għaliex fuqha kienu jabitaw ċerti speċi bħall-majjal salvaġġ u l-fenek tal-Grixti. Ħadd ħlief il-kavallieri ma kellu l-permess li jikkaċċja fuq Kemmuna, u għalhekk kull min kien imur kontra din il-liġi kien jispiċċa jeħel piena pjuttost twila ta' tliet snin skjav, jaħdem xogħol iebes fil-kċina tax-xini tal-iskjavi.