Ugo Mifsud Bonnici: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 19:
 
Fi żmienu kien hemm il-kriżi tal-gvern ta' [[Alfred Sant]] li fiha Mifsud Bonnici kellu rwol importanti li qdieh b'responsabbiltà, mertu magħruf mill-istess Prim Ministru Sant.
 
=== Wara l-Presidenza ===
F'Ġunju 2018, il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici ddikjara li kieku kien hu, kien jippreferi jirriżenja milli jiffirma liġi li tmur kontra l-kuxjenza tiegħu. Hu kien qed jirreaġixxi mal-gazzetta ''Illum'', ftit tal-jiem wara li l-President [[Marie Louise Coleiro Preca]] ddikjarat li se tapprova l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, kif proposti mill-Gvern, u li fost l-oħrajn jinkludu wkoll l-iffriżar tal-embrijuni.
 
Coleiro Preca ddikjarat li ffirmat dan l-Att b’lealta’ lejn il-Kostituzzjoni,” fl-istess waqt madankollu li ċċarat li “din id-deċiżjoni mhix kompromess etiku mal-fehmiet sodi tiegħi u mal-valuri personali tiegħi dwar il-ħajja umana, il-familja u l-ġid sħiħ tat-tarbija mnissla.”
 
Min-naħa tiegħu, meta mistoqsi x’kien jagħmel, Ugo Mifsud Bonnici ddikjara li kien jippreferi jirriżenja milli jiffirma liġi li fi kliemu hi inaċċettabbli. Iddikjara wkoll li hu dejjem mexa’ mal-kuxjenza tiegħu, dwar dak li ħass li hu tajjeb, tant li kien għamilha ċara qabel ħa l-ħatra li kieku ntalab jiffirma għall-piena tal-mewt, kien jirriżenja.
 
== Awtur ==