Marie Louise Coleiro Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 51:
 
Fl-4 ta' Marzu 2014 il-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] innominaha bħala d-disa' [[President ta' Malta|President tar-Repubblika]], u t-tieni mara f'din l-ogħla kariga tal-pajjiż, u l-iżgħar President fl-età, 55 sena. Hija ħadet il-ħatra nhar l-4 ta' April 2014 wara li tlett ijiem qabel għadda vot unanimu mill-Parlament.
 
==== L-Emendi fil-Liġi dwar l-Embrijuni ====
Nhar il-25 ta' April 2018, il-President Coleiro Preca stqarret li kienet imħassba dwar id-dibattiti polarizzati li kienu qed isiru dwar l-emendi għal-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni. Stqarret hekk: "Dan it-tip ta’ dibattitu ma jgħinx kostruttivament biex jiġu mifhuma b’mod ħolistiku l-implikazzjonijiet umani, soċjali, etiċi, u mediċi. It-trattament tal-IVF huwa suġġett delikat li jeħtieġ li jkun diskuss f’ambjent seren, li jibbilanċja l-qsim il-qalb li jiffaċċjaw koppji bla tfal, ma’ kwistjonijiet etiċi sensittivi li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-embrijuni."
 
Il-President Coleiro Preca stqarret li kienet imħassba bl-ostilità li sfortunatament kienet qed toħroġ minn dibattiti pubbliċi. Il-President appellat għall-kalma u għall-perjodu itwal ta’ riflessjoni sabiex il-vuċijiet kollha jinstemgħu. Il-President Coleiro Preca offriet ukoll li timmedja. Hija stiednet il-parlamentari, is-soċjetà ċivili, u l-i''stakeholders'' kollha biex jiġu flimkien madwar il-mejda biex ikollhom dibattitu infurmat li jgħaqqad flimkien il-konsiderazzjonijiet etiċi u morali mal-għarfien xjentifiku għal-liġi li tkun tirrifletti b’mod sħiħ il-potenzjal mediku u l-implikazzjonijiet pozittivi u negattivi għas-soċjetà.
 
Nhar il-21 ta' Ġunju 2018, il-President bagħtet stqarrija lill-Parlament li tgħid hekk:
 
"Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun qanqlu dibattitu nazzjonali. Napprezza b’qalbi kollha l-kontribut li s-soċjetà ċivili tat f’dawn id-diskussjonijiet u nifhem it-tħassib ta’ xi wħud minnhom dwar diversi kwistjonijiet etiċi, morali, soċjali, psikoloġiċi u legali.
 
Jien ukoll nifhem bl-aktar mod sħiħ u nempatizza mal-weġgħat ta’ tant koppji li ma jistax ikollhom ulied u li jixtiequ jsiru ġenituri bit-teknika ta’ prokreazzjoni assistita li toffri l-mediċina tal-lum u nifhem ix-xewqa leġittima tagħhom li jingħataw għajnuna sħiħa u support kontinwu mis-soċjetà kollha.
 
Issa li l-emendi proposti għaddew mill-proċess demokratiku u ġew approvati b’vot finali fil-Parlament, il-liġi ntbagħtet quddiemi biex niffirmaha.
 
Wara li ħadt diversi pariri etiċi, morali u legali minn persuni kompetenti u wara proċess twil ta’ riflessjoni u dixxerniment, jiena wasalt fil-kuxjenza tiegħi għad-deċiżjoni li niffirma dan l-att. Irrid nagħmilha ċara li din id-deċiżjoni mhix kompromess etiku mal-fehmiet sodi tiegħi u mal-valuri personali tiegħi dwar il-ħajja umana, il-familja u l-ġid sħiħ tat-tarbija mnissla.
 
Qed niffirma dan l-att kif ġie ppreżentat lili mill-Gvern u dan qed nagħmlu biss b’rispett sħiħ u b’lealtà lejn il-proċess demokratiku ta’ pajjiżna u l-Kostituzzjoni, li ma jagħtinix setgħat leġiżlattivi ħlief li niffirma l-liġijiet wara li jkunu ġew approvati mill-Parlament. Aktar minn hekk jiena marbuta bil-Kostituzzjoni li naġixxi fuq il-parir tal-Gvern tal-ġurnata jew ta’ ministru tal-Gvern u fil-każ ta’ abbozzi ta’ liġijiet approvati mill-Parlament jiena obbligata li niffirmahom mingħajr dewmien.
 
Kif intqal f’sezzjoni tal-media, stajt għażilt li ma nkunx fil-pajjiż meta l-abbozz kien fit-tielet qari iżda jien qatt ma kont persuna li naħrab mir-responsabbiltajiet u mid-dmirijiet bħala President ta’ Malta u m’iniex se nagħmel hekk issa.
 
Jien nibqa’ nemmen li d-dinjità umana u l-integrità fiżika ta’ kull bniedem għandhom jiġu rispettati u mħarsa mill-mument tal-konċepiment sal-mewt naturali.
 
Kull bniedem, anke fi stat embrijoniku, m’għandu qatt jiġi użat bħala oġġett jew li intenzjonalment jitpoġġa f’riskju li ma jkomplix jiżviluppa b’mod normali. L-isfida tas-soċjetà tagħna hi li tkompli tipproteġi lil kull min hu dgħajjef, inkluż l-embrijun. Il-fibra morali tal-Istat Malti titmermer jekk titlef ir-rispett lejn il-ħajja umana fl-istadji kollha tagħha."
 
== Ħajja Personali ==