Papa Benedittu XVI: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 29:
 
== Kollaboratur ta' Ġwanni Pawlu II ==
Fil-25 ta' Novembru 1981 il-Papa [[Ġwanni Pawlu II]] ħatru president tal-Kummisjoni Teoloġika Internazzjonali u prefett tal-Kummissjoni BibblikaBiblika Pontifiċja. Fil-15 ta' Frar 1982 huwa rriżenja minn Arċisqof ta' Munich u ftit wara nħatar isqof kardinal ta' Velletri Segni u fit-30 ta' Novembru 2002, ta' [[Ostja (raħal)|Ostja]] fl-[[Italja]]. Ratzinger kien ikkunsidrat bħala l-id il-leminija ta' Ġwanni Pawlu II u wieħed mill-aktar ħbieb tiegħu u fl-aħħar żmienijiet ta' ħajtu minħabba l-mard, Ratzinger kien jippresiedi f'bosta funzjonijiet li kien jagħmel il-predeċessur tiegħu bħala mexxej tal-Knisja Kattolika.
 
Josef Ratzinger kemm-il darba kien qal li xtaq jirtira f'xi raħal fil-Bavarja u jiddedika ħajtu għall-kitba iżda qabel ma laħaq Papa huwa kien qal lil xi ħbieb tiegħu li kien lest jaċċetta kull kariga li Alla jista' jagħtih. Wara l-mewt ta' Ġwanni Pawlu II, Ratzinger ma baqax aktar Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u meta wasal biex jibda l-Konklavi huwa kien l-aktar wieħed favorit li jilħaq mexxej tal-Knisja.
Linja 72:
Din it-tendenza li tevita l-kelma “eros” u l-imħabba tingħata viżjoni ġdida bil-kelma “agape,” influwenzat il-mentalità nisranija dwar l-imħabba b’tali mod, li f’ambjenti sekolari sikwit hi kkritikata b’mod negattiv għax, jgħidu, din tiċħad l-“eros” u dak kollu relatat mal-ġisem. Hekk, il-filosfu Friedrich Nietzsche qal li r-reliġjon nisranija ivvelenat l-eros li min-naħa tiegħu, għalkemm ma ċediex għal kollox, iddeġenera f’vizzju. Il-filosfu Ġermaniż kien jesprimi l-idea ta’ ħafna: ma kenitx il-Knisja, bil-kman¬damenti tagħha, qed tibdel fi mrar ħaġa daqshekk prezzjuża fil-ħajja? Ma kenitx qisha referee li jsaffar is-suffara meta l-pjaċir (rigal tal-Ħallieq) ikun beda jdewwaq ftit minn dak li hu divin?
 
Għalkemm fl-imgħoddi fil-Knisja ġieli kien hemm tendenzi bħal dawn, it-tifsira tal-iżvilupp fl-użu tat-termini bibbliċibibliċi, hi differenti. L-“eros,” tqiegħed fil-bniedem mill-Ħallieq, u għalhekk hu tajjeb; iżda, biex id-dinjità oriġinali tiegħu ma tintilifx u ma jiddeġenerax f’sess waħdu u f’sempli¬ċi prodott ta’ pjaċir, jinħtieġ li dan ikun iddixxiplinat, imsoffi u jitħalla jimmatura.
 
Il-Fidi nisranija minn dejjem qieset lill-bniedem bħala ħolqien li fih l-ispirtu u l-materja jintisġu flimkien: nisġa li lill-bniedem tagħtih nobbiltà ġdida. Jista’ jingħad li l-isfida tal-“eros” tintrebaħ meta ġisem u ruħ il-bniedem huma f’armonija perfetta. Imbagħad, iva, l-imħabba ssir “estasì,” imma mhux estasi fis-sens ta’ ewforja (stat ta’ min iħossu qiegħed fis-seba’ sema), imma bħala ħruġ permanenti mill-“Jien” magħluq fih innifsu, għal-libertà ta’ min jagħti ruħu biex isib lilu nnifsu, jew aħjar, biex isib ’l Alla. Hekk l-“eros” jista’ jerfa’ ’l-bniedem “f’estasì” lejn id-Divin.