Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary |
|||
Linja 16:
== Diżappunti ==
Minkejja li Saydon kien l-uniku wieħed kwalifikat għall-kattedra tal-Iskrittura Mqaddsa fl-Università, fl-1924 inħatar ħaddieħor minfloku. Ir-Rettur tal-Università għażel lill-Patri [[Ugo Callus]], studjuż għaref tal-filosofija iżda mhux tal-Bibbja. Għal Saydon kienet "l-akbar weġgħa li minnha ma kelli nistejqer qatt". Iżda x-xewqa ġusta ta' Saydon inqatgħet seba' snin wara, meta fl-1931 Callus telaq lejn Oxford. Il-kattedra żvojtat u Saydon inħatar minfloku. Hekk fl-1931, meta Saydon kien għad kellu biss 36 sena, inħatar Professur tal-Iskrittura Mqaddsa, tal-Lhudi u l-Grieg Bibliku fl-Università ta' Malta, u baqa’ f’din il-kariga għal 33 sena sakemm irtira bl-età fl-1964.Ma kinitx l-unika okkażjoni fejn Saydon inqabeż minn min kien jaf inqas minnu. Meta kkonkorra għal-Lettorat tal-Kapitlu tal-Kattidral, l-għażla kienet diġà saret minn qabel għal [[Mons. Nerik Dandria|Dun Nerik Dandria]] li qatt ma studja l-Iskrittura iżda li kellu forza politika timbuttah.
{{kwota|L-unuri qatt ma fittixthom, u għalhekk jekk id-dinja żżommni bi dħuli jew żorr xejn ma jolqotni. Ħaġa wahda tolqotni fil-laħam il-ħaj, il-kelma tiegħi fuq ħwejjeg ta' tagħlim qatt ma kienet mismugħa... U dan għalija kien u għadu telf kbir. Jirbaħ mhux min għandu raġun, imma min għandu l-aħjar armi, u l-armi li bihom tiġġieled id-dinja mhumiex f'idejja.}}
|