Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 77.71.166.119 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Cethos
Tags: Rollback Undo
Linja 16:
== Diżappunti ==
 
Minkejja li Saydon kien l-uniku wieħed kwalifikat għall-kattedra tal-Iskrittura Mqaddsa fl-Università, fl-1924 inħatar ħaddieħor minfloku. Ir-Rettur tal-Università għażel lill-Patri [[Ugo Callus]], studjuż għaref tal-filosofija iżda mhux tal-Bibbja. Għal Saydon kienet "l-akbar weġgħa li minnha ma kelli nistejqer qatt". Iżda x-xewqa ġusta ta' Saydon inqatgħet seba' snin wara, meta fl-1931 Callus telaq lejn Oxford. Il-kattedra żvojtat u Saydon inħatar minfloku. Hekk fl-1931, meta Saydon kien għad kellu biss 36 sena, inħatar Professur tal-Iskrittura Mqaddsa, tal-Lhudi u l-Grieg Bibliku fl-Università ta' Malta, u baqa’ f’din il-kariga għal 33 sena sakemm irtira bl-età fl-1964.Ma kinitx l-unika okkażjoni fejn Saydon inqabeż minn min kien jaf inqas minnu. Meta kkonkorra għal-Lettorat tal-Kapitlu tal-Kattidral, l-għażla kienet diġà saret minn qabel għal [[Mons. Nerik Dandria|Dun Nerik Dandria]] li qatt ma studja l-Iskrittura iżda li kellu forza politika timbuttah.Liam cortis
 
L-awtoritajiet ekkleżjastiċi Maltin damu ħafna biex għarfu l-merti ta' Saydon minkejja li fl-1946 ingħata t-titlu ta' monsinjur u ġie offrut kanonikat il-Katidral. Saydon ma aċċettax dan il-kanonikat għax fi kliemu "xogħli hu l-istudju u mhux id-dmirijiet marbutin ma' xi postijiet għolja fil-Knisja". Il-Professur Saydon qatt ma ġera wara unuri iżda bħal kulħadd fil-qalba ta' qalbu dejjem stenna r-rikonoxximent xieraq għall-ħidma tiegħu. Hekk kiteb f'"Il-Malti" tal-1953: