Josie Coppini: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Josie Coppini (Valletta, 21 ta' Diċembru 1933 - 28 ta' Lulju 1998) kien attur Malti. == Studji == Ħa l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira. == Teatru == L-ewwel i...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 14:58, 3 April 2018

Josie Coppini (Valletta, 21 ta' Diċembru 1933 - 28 ta' Lulju 1998) kien attur Malti.

Studji

Ħa l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira.

Teatru

L-ewwel imħabba lejn il-palk kienet permezz tal-mużika, liema passjoni ġiet mill-familja. Coppini kien imħarreġ bħala baritonu minn zijuh, Joseph Satariano.

Wara li Narcy Calamatta ħajru jagħmel kors fid-drama, huwa ħa t-tmexxija fil-produzzjoni She's Done It Again.

Fost oħrajn ħa sehem ukoll fl-opra Ġensna, Iskra u fil-La Traviata ta' Verdi fit-Teatru Manoel.

Josie kellu diversi partijiet ukoll fil-films The Trenchcoat, Final Justice u Black Eagle.

Produzzjonijiet oħra li ħa sehem fihom huma Triq Waħda, interpreta l-parti tas-Sur Nin fis-serje F'Baħar wieħed (1977), In-neputija tal-kappillan u fil-produzzjoni Issa naraw.

L-aħħar dehra tiegħu kienet fil-produzzjoni popolari tal-PBS, Ir-Ronnie.

Mewt

Huwa miet fl-eta' ta 64 sena. Id-difna saret fiċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata, Raħal Ġdid.