Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Sqallija"

334 bytes miżjuda ,  2 snin ilu
l-ebda taqsira
(Kaltanisetta -> Kaltanissetta)
L-abitanti oriġinali ta' Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal-poplu pre-istoriku tal-Italja. L-iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas-Sikani, li kienu miġbura minn Thucydides, jingħad li kien ġej mill-peniżola tal-Iberja. Evidenza storika li hija ta' ċerta importanza hija l-iskoperta tat-tpinġijiet impinġija mis-Sikani fl-għerien li kienu jgħixu fihom. Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l-epoka tal-Pleistocene, għall-ħabta tas-sena 8,000 QK. Il-miġja tal-ewwel umani hija assoċjata mal-estinzjoni tal-ippopotami nani u tal-iljunfanti nani. Il-poplu Elimjan, maħsub li kien ġej mill-baħar Eġew, kien dak il-poplu, li kien missu jingħaqad fi tribù sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal-popolazzjoni ta' din il-gżira hekk maġġuri fil-Mediterran.
 
L-iskoperti riċenti tad-dolmens li jinsabu fuq din il-gżira (dawn imorru lura għat-tieni nofs tat-tielet millenju qabel kristu), jidhru li sejrin jiftħu orizzonti ġodda fuq il-panorama kulturali u komposta ta' Sqallija primittiva. Huwa magħruf b'eżattezza li dan ir-reġjun kien għadda minn pre-istorja pjuttost diffiċli, tant li hija missjoni antipatka li timxi wara l-passi tal-popli diversi li segwew 'il xulxin. L-impatt taż-żewġ influwenzi huwa ċar però l-influwenza Ewropea dehret li kienet ġejja mill-majjistral, u l-oħra, influwenza Mediterranja ta' oriġni orjentali.<ref>Salvatore, Piccolo (2013), ''Ancient Stones: The Prehistoric Dolmens of Sicily'', Brazen Head Publishing, Thornham/Norfolk (UK), ISBN 978-0-956-51062-4.</ref>
 
Għalkemm m'hemm l-ebda prova ta' xi gwerer li setgħu nqalgħu bejn dawn iż-żewġ tribujiet, meta l-Elmjani qagħdu fil-kantuniera majjistra tal-gżira, Is-Siċanjani mxew lejn il-lvant. Mill-art prinċipali tal-Italja, li fuqha kienu jgħixu nies li kienu ġejjin mil-Ligurja, oriġinaw is-Siċili fl-1200 QK, qawwa liema bħala li nfurzat lill-Isqallin jmorru lura lejn Sqallija u joqogħdu f'nofs il-gżira. Gruppi minuri oħra ġewwa l-Italja li qagħdu fi Sqallija kienu l-Awsoni (Gżejjer ta' Aeolian, Milazzo) u l-Morgeti (Morgantina) Hemm bosta studji ta' rekordji ġenetiċi li jirrappreżentaw lill-abitanti li kienu ġejjin minn pajjiżi varji li jmissu mar-reġjun tal-baħar Mediterran, imħallta mal-eqdem abitanti ta' Sqallija. Fosthom kien hemm l-Eġizzjani, il-Feniċi u l-Iberjani. Il-Feniċi kienu abitanti prekarji li ġew qabel il-miġja Griega wkoll.
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
== Rabtiet esterni ==
* (en) [https://www.ancient.eu/https://www.ancient.eu/article/1190.| Piccolo, Salvatore (2018). ''Bronze Age Sicily''. Ancient History Encyclopedia.]
 
[[Kategorija:Sqallija| ]]
Utent anonimu