Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 118:
 
Għal xi żmien Leoluca Bagarella mexxa flok Riina, iżda mbagħad ħa l-kontroll [[Bernardo Provenzano]] li nqabad u ntefa' l-ħabs fl-2006, wara 43 sena maħrub. Provenzano waqqaf il-vjolenza u daħħal il-''pax mafiosa''. Wara Provenzano beda jmexxi [[Matteo Messina Denaro]] li għadu mfittex mill-pulizija.
 
== L-Ewwel Kotba bil-Malti dwar il-Mafja ==
 
Nhar id-19 ta’ Lulju 2017, ''Say it Publications'' ippubblikaw u nedew żewġ kotba bl-isem “[http://www.facebook.com/sfidawmafja/?ref=bookmarks Sfidaw lill-Mafja]” ta’ [[Robert Aloisio]] fl-okkażjoni tal-25 sena mill-qtil taż-żewġ imħallfin Palermitani, Giovanni Falcone u Paolo Borsellino. It-tnedija saret fiċ-Ċentru Ħanin Samaritan, Santa Venera. Borsellino nqatel propju bħal dakinhar, nhar id-19 ta’ Lulju 1992, fil-ħamsa ta’ filgħaxija, minn karozza bomba pparkjata taħt id-dar ta’ ommu.
 
Dawn il-kotba Aloisio kitibhom biex ma ninsewx. Il-25 sena mill-qtil barbaru tal-imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino ma riedx iħallih anniversarju li jibqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn. Tassew li dawn l-eroj ma kinux Maltin. Kienu Sqallin. Imma qabelxejn kienu persuni onesti, korretti u ġusti.
 
“Sfidaw lill-Mafja” u “Falcone u Borsellino: Żewġ lmħallfin li Sfidaw lill-Mafja”, Aloisio kitibhom biex jagħti tama u jfakkar li ma rridu qatt nidraw il-ħażen, ikunx mafja jew xi ħaġa oħra, u m’għandna qatt nirrassenjaw ruħna għalih. Il-ġwejjef u l-beżżiegħa jagħmlu hekk.
 
=== Suġġetti trattati fil-kotba ===
 
• L-istorja tal-Imħallef Giovanni Falcone li l-mafja użat nofs tunnellata splussiv biex toqtlu. Għaliex il-mafja kienet tobogħdu daqshekk?
• L-istorja tal-Imħallef Paolo Borsellino li wara li qatlu lil sieħbu Falcone kien jaf li kien imiss lilu. Għaliex baqa’ hemm u ma telaqx minn Sqallija?
• L-istorja ta’ Rosaria, armla żagħżugħa li l-għajta tagħha fil-knisja, għajta ta’ maħfra u ġustizzja, għadha tidwi sal-lum. Għaliex?
• L-istorja ta’ Tommaso Buscetta, is-superboss tal-mafja, li wara li l-Corleonesi mafjużi qatlulu tnax-il membru tal-familja tiegħu, fosthom tnejn minn uliedu, iddeċieda li jikkollabora mal-ġustizzja u kixef is-sistema mafjuża.
• L-istorja ta’ Totò Riina, “il capo dei capi”, li minn kriminal żgħir ta’ serq ta’ bhejjem spiċċa biex sar il-kap tal-mafja kollha ta’ Palermo. Kif irnexxielu jagħmel dan?
• Ir-rabta bejn il-mafja ta’ Sqallija u Malta. Veru li Totò Riina kien ikun spiss Għawdex? Veru li dak li għafas ir-remote u sploda lil Falcone ftit qabel kien ukoll Għawdex?
• X’kienu ġew jagħmlu Malta t-tliet ulied tal-Imħallef Borsellino, tliet xhur wara li qatlulhom lil missierhom? Intervista ma’ min kien responsabbli li ġabhom hawn Malta.
• Intervista esklussiva ma’ Maria Falcone, oħt l-Imħallef Falcone, b’messaġġ lill-qarrejja u liż-żgħażagħ Maltin.
• Dizzjunarju ta’ termini assoċjati mal-mafja.
• 100 kwotazzjoni minn fomm dawk li ġġieldu lill-mafja.
 
=== Silta mill-ktieb ġdid “Falcone u Borsellino: Żewġ lmħallfin li Sfidaw lill-Mafja” ta’ Robert Aloisio ===
 
Il-Ħadd 19 ta’ Lulju 1992. Borsellino joħroġ sigarett mill-pakkett. Xemx taqli l-ġrieden. Bil-kemm jilħaq jieħu nifs, fuq xufftejh għandu tbissima, jgħolli subgħu biex iċempel l-intercom. Il-ħamsa neqsin żewġ minuti, ta’ filgħaxija. U Palermo terġa’ ssir qisha Bejrut. Il-Fiat 126, b’madwar disgħin kilo splussiv tip Semtex-H tisplodi fi Triq D’Amelio 21, taħt il-blokk fejn kienet toqgħod omm l-Imħallef.
 
Splużjoni, duħħan, fjammi, demm u biċċiet ta’ iġsma: għal sittin sekonda sħaħ ix-xemx tgħattiet għal kollox. Il-Fiat 126 taret tletin metru minn fejn kienet. Il-karozzi bulletproof tal-pulizija tal-iskorta nqerdu. Tletin karozza oħra li kienu pparkjati hemm ħadu n-nar. L-iġsma ta’ Borsellino u tal-pulizija tal-iskorta Agostino Catalano, Walter Eddie Cusina, Emanuela Loi, Vincenzo Li Muli, u Claudio Traina nħarqu u ttertqu, b’biċċiet minnhom itiru u jaħbtu mal-asfalt tat-triq. Il-pistoli li kellhom f’idejhom kienu ħadu u splodew f’idhom tant li id wieħed minnhom instabet fis-sitt sular ta’ bini fil-qrib.
 
Ix-xenarju deskritt mill-pulizija li waslu fuq il-post kien dak ta’ “għexieren ta’ karozzi meqruda mill-fjammi, oħrajn li kienu għadhom jinħarqu, balal li minħabba s-sħana bdew jisplodu weħidhom, nies tgħajjat u titlob l-għajnuna, u iġsma mtertqin, tal-biża’.” Saret ukoll ħsara kbira fil-bini u fil-ħwienet tal-post. “Kulħadd f’Palermo kien jaf li wara l-Imħallef Falcone, il-vittma li jmiss kien Borsellino,” jirrakkonta Vullo, “bejnietna l-pulizija kien isir dan id-diskors: inti pulizija tal-iskorta ta’ Borsellino? Il-Bambin iħarsek. U hekk xahar qabel, saħħew is-sigurtà kullimkien. Minbarra f’via D’Amelio”.
 
Lil ommu, Borsellino spiss kien iżurha, u kien jiftiehem magħha bit-telefon. Kieku kien hemm sigurtà f’dik it-triq, kien hemm probabbiltà kbira li xi pulizija jinnota n-number plate ta’ dik il-Fiat 126 misruqa ipparkjata propju taħt il-blokk. Ibnu Manfredi, meta kien Malta, irrakkonta li omm Borsellino, Maria Pia, niżlet tara lil binha mtertaq biċċiet: “Bqajna miblugħa bin-nanna li fl-età ta’ 83 sena niżlet it-taraġ tad-dar tagħha mfarrka. Niżlet ħdejn il-karozza mfarrka ta’ missieri u talbet fuq dak li kien fadal mill-papà.” Omm Borsellino mietet ħames snin wara, fl-1997. Manfredi konvint li l-qtil ta’ missieru seta’ ġie evitat.
 
==Ħoloq esterni==