Vladimir Putin: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m internal links
Linja 1:
[[Stampa:Vladimir Putin-2.jpg|right|thumb|'''Vladimir Putin''' = Владимир Владимирович Путин]]
 
'''Vladimir Vladimirovich Putin''' ([[San Pietruburgu|Leningrad]], [[Unjoni Sovjetika]], [[7 ta' Ottubru]] [[1952]]) huwa l-President attwali tal-[[Russja|Federazzjoni Russa]]. Ilu fil-kariga mis-7 ta' Mejju 2012. Kien ukoll Prim Ministru mill-1999 sal-2000, u President mill-2000 sal-2008. Matul it-tieni terminu tiegħu ta' Prim Ministru, kien ukoll iċ-Chairman tal-Partit Russja Magħquda.
 
Putin studja l-Ġermaniż u jitkellmu sew. Studja l-Liġi fl-Università Statali ta' Pietruburgu u ggradwa fl-1975. Huwa kien Foreign Intelligence Officer tal-[[KGB]] għal 16-il sena, u tela' sal-grad ta' Logutenent Kurunell qabel irtira fl-1991 biex daħal fil-politika. Fl-1996 mar Moska u daħal fl-amministrazzjoni tal-President [[Boris Yeltsin]] u fl-aħħar tal-1999, wara r-riżenja ta' Yeltsin, Putin sar Aġent President.
 
Putin rebaħ l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2000 bi 53% u dawk tal-2004 with bi 72%. Matul l-ewwel presidenza, l-ekonomija Russa kibret għal 8 snin sħaħ, u l-GDP kiber bi 72%. L-elezzjoni tal-2012 rebaħa b'64%. Il-waqgħa fil-prezz taż-żejt flimkien ma' sanzjonijiet internazzjonali wara li fl-2013 ir-Russja okkupat il-Krimea u intervjeniet militarment fl-Ukrajna waqqgħet il-GDP bi 3.7% fl-2015, għalkemm is-sena ta' wara reġa' għola b'0.3% u r-Russja ħarġet mir-riċessjoni.