Oliver Twist: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
No edit summary
 
Linja 1:
[[Stampa:Olivertwist front.jpg|300px|thumb|lemin|Frontespizju u kontrofrontespizju, l-ewwel edizzjoni 1838<br />Disinji ta' George Cruikshank]]
'''''Oliver Twist''''', magħruf ukoll bħala ''The Parish Boy's Progress'', huwa t-tieni rumanz tal-awtur Ingliż [[Charles Dickens]], ipubblikat fl-1838. L-istorja hija fuq tifel iltim Oliver Twist, li jgħix ħajja miżerabbli f'ospizju tal-fqar u mbagħad imur jaħdem ma' bokkamort. Jaħrab u jivjaġġa sa Londra fejn jiltaqa' mal-Artful Dodger, mexxej ta' klikka ta' tfal ''pickpockets''. Oliver jittieħed fil-moħba tal-għalliem adult tagħhom Fagin, bla ma jinduna bl-attivitajiet illegali tagħhom.
Il-ktieb jesponi t-trattament kiefer tat-tfal abbandunati f'Londra fl-era ta' Dickens. Huwa eżempju bikri ta' rumanz soċjali, u jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku fuq ħwejjeġ ħżienu ta' dak iż-żmien bħal-Liġi tal-Foqra, tfal jaħdmu u tfal fil-kriminalità, id-diffikultajiet tal-familji, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-fabbriki tal-bidu, kif ukoll l-intolleranza lejn il-ħaddiema mill-klassijiet diriġenti, kemm jekk industrijalisti kif ukoll politiċi. Interessanti ħafna huwa l-fatt li f’dan ir-rumanz Dickens jagħti idea ċara ta’ x’kienet tfisser il-mobilità fid-dinja tax-xogħol.
Linja 7:
F'''Oliver Twist'', Dickens iħallat ir-realiżmu u s-satira biex jiddeskrivi l-effett tal-industrijalizzazzjoni tal-Ingilterra tas-seklu dsatax u jikkritika il-liġijiet ħorox kontra l-foqra. Oliver, tifel innoċenti, jinqabad f'dinja fejn l-uniċi għażliet li għandu huma l-ospizju tal-fqar, il-klikka ta' Fagin, il-ħabs, jew mewt bikrija. Iżda f'nofs il-korruzzjoni u d-degrad, Oliver jibqa' tifel qalbu safja; jibqa' 'l bogħod mill-ħażen minkejja li dawk ta' madwaru jogħdsu fih, u fl-aħħar jieħu l-premju tiegħu — jgħix ħajja paċifika fil-kampanja mdawwar bi ħbieb qalbhom tajba.
 
[[Kategorija:Letteratura Ingliża]]
{{titlu bil-korsiv}}
{{DEFAULTSORT:Oliver Twist}}
 
[[Kategorija:Opri ta' Charles Dickens]]