Logħob Olimpiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 44:
[[Stampa:Birdsclosing.jpg|thumb|L-atleti jinġabru għaċ-ċerimonja tal-għeluq tal-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 2008]] f'[[Bejġing]]]]
Iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Logħob Olimpiku ssir wara l-avvenimenti sportivi kollha jkunu saru. Il-ġarrejja tal-bnadar minn kull pajjiż parteċipanti jidħlu fl-istadju, u warajhom jidħlu l-atleti kollha mingħajr distinzjoni ta' nazzjonalità.<ref>{{ċita web |url=https://stillmed.olympic.org/Documents/Reference_documents_Factsheets/Closing_Ceremony_of_the_Games.pdf |titlu=Closing Ceremony Factsheet |format=PDF |editur=Kumitat Olimpiku Internazzjonali |data=5 ta' Ġunju 2012 |lingwa=Ingliż }}</ref> Tliet bnadar nazzjonali jiġu mtellgħin filwaqt li jindaqq l-innu nazzjonali tagħhom: il-bandiera tal-pajjiż ospitanti, il-bandiera tal-Greċja sabiex tonora l-post fejn twieldu l-Olimpjadi, u l-bandiera tal-pajjiż li se jospita l-edizzjoni ta' wara tal-Logħob tas-sajf jew tax-xitwa. Il-president tal-kumitat organizzattiv u l-president tal-KOI jagħmlu diskorsi tal-għeluq. Il-fjamma Olimpika tintefa' li tissimbolizza l-għeluq tal-Logħob. Is-sindu tal-belt li tkun għadha kif organizzat il-Logħob jgħaddi bandiera Olimpika speċjali lill-president tal-KOI, li jgħaddiha lis-sindku tal-belt li tkun se tospita l-edizzjoni sussegwenti tal-Logħob Olimpiku. Il-pajjiż li se jospita l-Olimpjadi f'erba' snin jingħata ħin sabiex jesebixxi f'serata ta' żfin u rappreżentazzjoni teatralii tal-kultura tiegħu.
 
== Kontroversji ==
=== Bojkotts ===
 
[[Stampa:1980 Summer Olympics (Moscow) boycotting countries (blue).png|thumb|300px|Pajjiżi li bbojkottjaw il-Logħob tal-1980 (sfond blu)]]
[[Stampa:1984 Summer Olympics (Los Angeles) boycotting countries (blue).png|thumb|300px|Pajjiżi li bbojkottjaw il-Logħob tal-1984 (sfond blu)]]
 
Il-[[Greċja]], l-[[Awstralja]], [[Franza]] u r-[[Renju Unit]] huma l-uniċi pajjiżi li ħadu sehem f'kull edizzjoni tal-Logħob Olimpiku mill-bidu tagħhom fl-1896. Filwaqt li pajjiżi xi drabi naqsu li jipparteċipaw minħabba nuqqas ta' atleti, oħrajn ibbojkottjaw iċ-ċelebrazzjoni tal-Logħob għal raġunijiet differenti.
 
Għall-edizzjoni ta' [[Logħob Olimpiku tas-sajf 1956|Melbourne 1956]], il-[[Pajjiżi l-Baxxi]], [[Spanja]] u l-[[Żvizzera|Iżvizzera]] rrifjutaw li jieħdu sehem minħabba l-oppressjoni tar-[[Rivoluzzjoni Ungeriża tal-1956|Rivoluzzjoni Ungeriża]] mill-[[Unjoni Sovjetika]], għalkemm bagħtu delegazzjoni ekwestri fi Stokkolma; il-[[Kambodja]], l-[[Eġittu]], l-[[Iraq]] u l-[[Libanu]] bbojkottjaw il-Logħob minħabba li l-[[Kriżi ta' Suez]]; u ċ-[[Ċina]] (ir-"Repubblika Popolari taċ-Ċinja) rrifjutat li tieħu sehem minħabba li [[Tajwan]] ġew permessi li jieħdu sehem fil-Logħob bħala r-"Repubblika taċ-Ċina".
 
Fl-1972 u l-1976, numru kbir ta' pajjiżi Afrikani heddew lill-KOI b'bojkott sabiex jisfurzaw sabiex jipprojbixxu lill-[[Afrika t'Isfel]] u lir-[[Rodeżja]] minħabba r-reġimi ta' segregazzjoni. [[New Zealand]] kienet ukoll fil-mira tal-bojkott Afrikan minħabba lit-tim nazzjonali tar-rugby kien dar f'''tour'' lill-Afrika t'Isfel. Il-KOI qabel mal-ewwel żewġ każijiet, però New Zealand tħallew jipparteċipaw abbażi li r-rugby ma kienx sport Olimpiku.<ref name="CBC boycott">{{ċita aħbar | url=http://www.cbc.ca/olympics/history/story/2008/05/09/f-olympics-history-1976.html |titlu=African nations boycott costly Montreal Games |editur=CBC Sports |data=30 ta' Lulju 2008 |lingwa=Ingliż |urlarkivju=https://web.archive.org/web/20120815130412/http://www.cbc.ca/olympics/history/story/2008/05/09/f-olympics-history-1976.html |dataarkivju=15 ta' Awwissu 2012 }}</ref> B'riżultat t'hekk, flimkien mal-għoxrin pajjiż Afrikan ingħaqdu wkoll l-[[Gujana]] u l-Iraq u rtiraw mill-Logħob ta' Montreal, minkejja li uħud mill-atleti tagħhom kienu diġà kkompetew.
 
Fl-1980 u l-1984, l-avversarji tal-[[Gwerra l-Bierda]] ma ħadux sehem fil-Logħob ta' xulin. L-Istati Uniti u 65 pajjiżi ieħor ibbojkottjaw l-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1980|Logħob ta' Moska fl-1980]] minħabba l-[[Gwerra Sovjetika fl-Afganistan|invażjoni Sovjetika fl-Afganistan]]. Dan il-bojkott naqqas in-numru ta' parteċipanti għal 80, l-inqas numru mill-1956.<ref>{{ċita web |url=http://www.olympic.org/moscow-1980-summer-olympics |titlu=Moscow 1980 |editur=Kumitat Olimpiku Internazzjonali |lingwa=Ingliż }}</ref> L-Unjoni Sovjetika u 15-il pajjiż ieħor irritaljaw u ma ħadux sehem fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1984|Olimpjadi ta' Los Angeles tal-1984]], fejn stqarrew li ma setgħux jiggarantixxu s-sigurtà tal-atleti tagħhom. 104 Kumitat Olimpiku Nazzjonali ħa sehem, li kien rekord sa dak iż-żmien. Il-fatt li r-[[Rumanija]], pajjiż li kien jagħmel parti mit-[[Trattat ta' Varsavja]], ħa sehem minkejja t-talbiet Sovjetiċi wasslu għal laqgħa entużjażmanti fl-Istati Uniti.
 
== Edizzjonijiet ==