Logħob Olimpiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 22:
 
Fl-1890, wara li attenda l-Logħob Olimpiku tal-Wenlock Olympian Society, il-Baruni [[Pierre de Coubertin]] ġie ispirat sabiex joħloq il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Coubertin bena fuq l-ideat u x-xogħol tal-predeċessuri tiegħu bl-għan li jistabbilixxi l-Logħob Olimpiku fuq skala internazjonali li jsir kull erba' snin. Hu ppreżenta dawn l-ideat matul l-ewwel Kungress Olimpiku tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali l-ġdid. Din il-laqgħa, li saret bejn is-16 u t-23 ta' Ġunju 1894 fl-[[Università ta' Pariġi]], ġie deċiż li l-ewwel Logħob Olimpiku li kienu se jsiru taħt l-awspiċji tal-KOI kienu se jsiru f'Ateni fl-1896. Il-KOI eleġġa lill-kittieb Grieg [[Demetrius Vikelas]] bħala l-ewwel president tagħha.<ref>Young, pġ. 100-105</ref>
 
Għall-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1896|ewwel Olimpjadi]] ħadu sehem 14-il pajjiż, b'241 atleta jikkompetu fi 43 avveniment. L-uffiċjali Griegi u l-pubbliku kienu entużjasti bl-esperjenza u s-suċċess li l-Logħob ġab, u saħansitra talbu sabiex l-Greċja ssir s-sede permanenti tal-Logħob Olimpiku. Madanakollu, din ir-rikjesta ġiet irrifjutata mill-KOI li fil-pjanijiet tagħha kien hemm li tmexxi l-organizzazzjoni ta' dawn il-Logħob minn belt għal oħra f'pajjiż differenti.
 
== Simboli Olimpiċi ==
[[Stampa:Olympic-flag-Victoria.jpg|thumb|250px|Il-[[bandiera Olimpika]]]]
Il-Moviment Olimpiku juża simboli li jirrapreżentaw l-ideali tal-Karta Olimpika. Is-simbolu Olimpiku, magħruf aħjar bħala ċ-ċrieki Olimpiċi, jikkonsisti minn ħafna ċrieki minsuġa ma' xulxin li jfissru l-għaqda tal-ħames kontinenti fid-dinja (l-[[Afrika]], l-[[Amerika]], l-[[Asja]], l-[[Awstralja]] u l-[[Ewropa]]). Il-verżjoni kulurita taċ-ċrieki (blu, isfar, aħdar u aħmar) fuq sfond abjad jifforma l-[[bandiera Olimpika]]. Dawn il-kuluri ġew magħżula minħabba li kull pajjiż kellu wieħed minn dawn il-kuluri fil-bandiera tiegħu. Il-bandiera ġiet adottata fl-1914 però ġiet imtajjra biss fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1920|Olimpjadi tas-sajf tal-1920]] f'Antwerp, il-Belġju.<ref name="simboli">{{ċita web |url=http://multimedia.olympic.org/pdf/en_report_1303.pdf |urlarkivju=https://www.webcitation.org/5gKlcLlT9?url=http://multimedia.olympic.org/pdf/en_report_1303.pdf |dataarkivju=26 ta' April 2009 |titlu=The Olympic Symbols |editur=Kumitat Olimpiku Internazzjonali |format=PDF |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
Il-[[mottu Olimpiku]], ''Citius, Altius, Fortius'', hi espressjoni bil-[[Lingwa Latina|Latin]] li tfisser "Eħfef, Ogħla, Aqwa" u ġie propost minn Pierre de Coubertin fl-1894 u ilu uffiċjalment użat mill-1924. Dan ġie maħluq mill-qassis Dumnikan Henri Didon OP, ħabib ta' Coubertin, għal-laqgħa taż-żgħażagħ fl-1891.<ref>"Sport athlétique", 14 mars 1891: "... dans une éloquente allocution il a souhaité que ce drapeau les conduise 'souvent à la victoire, à la lutte toujours'. Il a dit qu'il leur donnait pour devise ces trois mots qui sont le fondement et la raison d'être des sports athlétiques: citius, altius, fortius, 'plus vite, plus haut, plus fort'.", meħuda minn Simone Hoffmane, ''La carrière du père Didon, Dominicain. 1840–1900'', Teżi tad-Dottorat, Université de Paris IV – Sorbonne, 1985, pġ. 926; cf. Michaela Lochmann, ''Les fondements pédagogiques de la devise olympique "citius, altius, fortius"''</ref>
 
Xhur qabel il-bidu tal-Logħob, il-[[fjamma Olimpika]] tinxtegħel f'Olimpja f'ċerimonja li tirrifletti r-ritwali antiki Griegi. Din tinxtegħel permezz tar-raġġi tax-xemx u wara jibda l-vjaġġ li jieħu din il-fjamma lejn il-belt ospitanti.<ref>{{ċita web |url=http://kullhadd.com/il-fjammi-tal-olimpjadi/ |titlu=Il-Fjammi tal-Olimpjadi |editur=Kullħadd |data=3 ta' Lulju 2016 |aċċess=20 ta' Jannar 2018 }}</ref> Għalkemm il-fjamma kienet simbolu Olimpiku mill-1928, il-ġiri bit-torċa ġie introdott fil-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1936|Logħob tas-sajf tal-1936]].<ref name="simboli" />
 
=== Ċerimonja tal-ftuħ ===
[[Stampa:2012 Summer Olympics opening ceremony (15).jpg|thumb|Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 2012]] li saru f'[[Londra]]]]
 
Diversi elementi jiffurmaw iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku. Din iċ-ċerimonja, li ssir qabel il-bidu tal-avveniment, ġeneralment tibda bit-tlugħ tal-bandiera tal-pajjiż ospitanti u jindaqq l-[[innu nazzjonali]].<ref>
{{ċita web |titlu=Fact sheet: Opening Ceremony of the Summer Olympic Games |editur=Kumitat Olimpiku Internazzjonali |data=Frar 2008 |url=http://multimedia.olympic.org/pdf/en_report_1134.pdf |urlarkivju=https://web.archive.org/web/20110429094114/http://multimedia.olympic.org/pdf/en_report_1134.pdf |dataarkivju=29 ta' April 2011 |format= PDF |lingwa=Ingliż }}</ref> Il-pajjiż osipitanti wara jippreżenta esebizzjoni artistika ta' mużika, kant, żfin u rappreżentazzjoni teatrali tal-kultura tiegħu. Il-preżentazzjonijiet artistiċi bdew jikbru maż-żmien kemm fl-iskala u anke fil-kumplessità hekk kif kull belt tipprova tagħti ċerimonja li tiżboq fuq dik preċedenti. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 2008|Logħob ta' Bejġing]] swew madwar $100 miljun, b'ħafna mis-somma tkun iddedikata għall-element artistiku.<ref>{{ċita aħbar |url=http://www.cbc.ca/olympics/story/2008/08/07/olympics-ceremonies.html |titlu=Beijing Dazzles: Chinese History, on Parade as Olympics Begin |publisher=Canadian Broadcasting Centre |data=8 ta' Awwissu 2008 |lingwa=Ingliż |urlarkivju=https://web.archive.org/web/20080906200510/http://www.cbc.ca/olympics/story/2008/08/07/olympics-ceremonies.html |dataarkivju=6 ta' Settembru 2008 }}</ref>
 
Wara l-parti artistika taċ-ċerimonja, l-atleti jidħlu f'parata fl-istadju skont pajjiżhom. Il-Greċja tradizzjonalment tidħol l-ewwel ad unur l-oriġini tal-Olimpjadi. Sussegwentament, il-pajjiżi jidħlu b'mod alfabetiku skont il-lingwa magħżula mill-pajjiż ospitanti, bl-atleti tal-pajjiż ospitanti jidħlu l-aħħar. Wara li jsiru xi diskorsi li uffiċjalment jiftħu l-Logħob, it-torċa Olimpika tidħol fl-istadju u tingħadda lill-aħħar persuna, li tipikament tkun atleta Olimpika ta' suċċess għall-pajjiż organizzattiv, li tixgħel il-fjamma fil-bajla.
 
=== Ċerimonja tal-għeluq ===
[[Stampa:Birdsclosing.jpg|thumb|L-atleti jinġabru għaċ-ċerimonja tal-għeluq tal-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 2008]] f'[[Bejġing]]]]
Iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Logħob Olimpiku ssir wara l-avvenimenti sportivi kollha jkunu saru. Il-ġarrejja tal-bnadar minn kull pajjiż parteċipanti jidħlu fl-istadju, u warajhom jidħlu l-atleti kollha mingħajr distinzjoni ta' nazzjonalità.<ref>{{ċita web |url=https://stillmed.olympic.org/Documents/Reference_documents_Factsheets/Closing_Ceremony_of_the_Games.pdf |titlu=Closing Ceremony Factsheet |format=PDF |editur=Kumitat Olimpiku Internazzjonali |data=5 ta' Ġunju 2012 |lingwa=Ingliż }}</ref> Tliet bnadar nazzjonali jiġu mtellgħin filwaqt li jindaqq l-innu nazzjonali tagħhom: il-bandiera tal-pajjiż ospitanti, il-bandiera tal-Greċja sabiex tonora l-post fejn twieldu l-Olimpjadi, u l-bandiera tal-pajjiż li se jospita l-edizzjoni ta' wara tal-Logħob tas-sajf jew tax-xitwa. Il-president tal-kumitat organizzattiv u l-president tal-KOI jagħmlu diskorsi tal-għeluq. Il-fjamma Olimpika tintefa' li tissimbolizza l-għeluq tal-Logħob. Is-sindu tal-belt li tkun għadha kif organizzat il-Logħob jgħaddi bandiera Olimpika speċjali lill-president tal-KOI, li jgħaddiha lis-sindku tal-belt li tkun se tospita l-edizzjoni sussegwenti tal-Logħob Olimpiku. Il-pajjiż li se jospita l-Olimpjadi f'erba' snin jingħata ħin sabiex jesebixxi f'serata ta' żfin u rappreżentazzjoni teatralii tal-kultura tiegħu.
 
== Biblijografija ==