Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Reverted 1 edit by 92.251.30.115 (talk). (TW)
Tag: Undo
Linja 4:
== Bidu ==
 
Imwieled iż-[[Żurrieq]] fl-24 ta' Lulju, 1895, Pietru Pawl Saydon ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tar-raħal, u minn hemm għadda għas-Seminarju. Fl-1912 beda l-kors preparatorju tal-Letteratura fl-[[Università ta' Malta|Università]] u ta' għoxrin sena kiseb il-B.Litt. Fl-1919 iggradwa fil-Liġi Kanonika u d-Dottorat fit-[[Teoloġija]]. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u għadda lill-istudenti tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta' studju mill-Gvern biex seta' jissokta l-istudji tiegħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta' wara telaq lejn [[Ruma]] l-Istituto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.
 
== It-Traduzzjoni tal-Bibbja ==