Herbert Ganado: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[image:Herbet Ganado Ritratt.jpg|thumb|right|200px|'''Herbert Ganado''']]
 
'''Herbert Ganado''' ([[Furjana]], [[7 ta' April]], [[1906]] - [[5 ta' April]], [[1975]]) avukat, president tal-Azzjoni Kattolika, editur, politiku u kittieb.
 
'''Herbert Ganado'''Hu twieled fis-[[subborg]] tal-[[Furjana]] fis-7 ta’ta' April, tal-1906. Isem Ganado jintrabat ma’ma' ħafna ħidma sfuża favur Malta u l-Maltin. Hemm diversi sferi pubbliċi fejn Ganado nħass fis-seklu għoxrin; aktarx li l-iktar tnejn huma l-[[ġurnaliżmu]] u l-[[politika]]. It-tnejn li huma kienu jistrieħu fuq dak li hu essenzjali biex jiftiehem il-karattru ta’ta' Herbert u biex fuq kollox tkun apprezzata l-ħidma tiegħu: il-konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu li hu ma kien jibdilhom ma’ma' xejn. Jekk tneżża’tneżża' lil Ganado mit-twemmin tkun tlift kollox u l-kwadru jittappan. Ħajtu hija katina sħiħa ta’ta' episodji fejn hu niżel jikkumbatti bl-enerġija tiegħu lil min deher li ried jeqred ir-reliġjon li ġab [[Pawlu ta’ta' Tarsu]] fis-sena sittin wara Kristu. Dawn il-konvinzjonijiet ġabuh biex jaħdem id f’idf'id mal-[[Arċisqof Mikiel Gonzi]]. Ganado kien sar l-alleat tiegħu f’kullf'kull sens. Kellu qima lejh u ħadem għalih kemm fl-istampa kif ukoll fil-politika. Il-ġurnaliżmu u l-politika tawh l-ispazju perfett fejn jikkumbatti għall-prinċipji tiegħu.
 
Ganado studja l-Liċeo u l-Università ta’ta' Malta. Illawrja bħala avukat fl-1931. Bħala student kien attiv fil-Kunsill Studenti Universitarji. Bejn l-[[1936]] u l-[[1940]] kien President ta’ta' l-[[Azzjoni Kattolika]]. Din l-għaqda offrietlu spazju fejn jimmilita għall-[[Kristjaneżmu]]. Sforz il-biża’biża' li kellu li r-reliġjon għad tispiċċa minn Malta mbarka ruħu fl-istampa billi beda jeditja [[Leħen is-Sewwa]] u wara l-eżilju krudil fl-[[Uganda]] daħal fil-politika. Fil-''Leħen is-Sewwa'', fi żmien il-[[gwerra ċivili Spanjola]], Ganado kiteb artikli favur id-dittatur [[Franco]]. L-iktar artiklu kontroversjali tiegħu fuq il-waqgħa ta' [[Madrid]] bit-titlu ''Dħalna Madrid'', kif ukoll is-simpatija tiegħu lejn l-Italja [[Faxxiżmu|Faxxista]], wasslu sabiex fl-1940 jiġi internat u fl-1942, eżiljat lejn l-[[Uganda]]. L-artiklu għen immens biex il-miżien jimxi favur l-internament. Hu nnifsu kien stqarr li kien privileġġ għalih li jbati għal-Leħen. Il-fażi tiegħu bħala editur kien żmien eċitanti. Ganado l-editur ma dabbar l-ebda libel u fuq kollox kellu viżjoni miftuħa. Kien jinteressah x’inhux'inhu jiġri lilhinn mis-swar.
 
L-istorja ta’ta' l-Internament hija waħda mill-ikreh faċċati tas-seklu għoxrin fejn grupp ta’ta' Maltin inkluż Dr. Ganado ġew ittrattati mill-Ingliżi daqs li kieku kienu kriminali. Dawn ġew internati mill-Ingliżi mingħajr ġuri jew sentenza tal-qrati, azzjoni li ħafna jarawha bħala ironika meta wieħed jikkunsidra li l-Ingilterra kienet meqjusa bħala l-omm tal-parlamenti. Dawn is-suppost kriminali Maltin ma kienu xejn għajr nies entużjasti, wħud minnhom anki ffissati fil-kultura Taljana.
 
Ganado kiteb li fl-Uganda kienu sabu ruħhom “f’wieħed“f'wieħed minn dawk il-kampijiet tal-priġunieri li naraw fil-films.” Ganado ħa miegħu l-Uganda numru ta’ta' kotba fosthom l-Oxford Book of English Verse u d-Divina Commedia ta’ta' [[Dante Alighieri]]. Ganado irnexxielu jirbaħ it-trawma tal-kamp u kif jgħid hu stess hu flimkien ma’ma' oħrajn kienu ddeċidew li “ma nintelqux u nsibu rkaptu tal-post.”
 
Fl-[[1945]] ġie lura mill-Uganda u ntefa’ntefa' b’ruħub'ruħu u ġismu fil-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]]. Id-deċiżjoni li jipparteċipa fil-politika b’modb'mod attiv u fl-ewwel persuna trid tkun studjata fid-dawl tal-fatt li l-Knisja fis-snin ħamsin kienet qed tibża’tibża' mill-effetti li seta’seta' jkollha l-Integration fuq ir-reliġjon u ftit wara minħabba l-paniku li laqat il-gżira li [[Dom Mintoff]] kien ser idaħħal il-[[Kommuniżmu]].
 
Tant hu hekk li Ganado jagħmilha ċara li fl-1958 telaq lill-partit ta’ta' [[Nerik Mizzi]] u [[Ugo Mifsud]] li dil-ħabta kien immexxi minn [[Giorgo Borg Olivier]] fuq żewġ punti ewlenin: il-P.N. ma kienx qed jiġġieled biżżejjed lil Mintoff u għax il-P.N. kien imexxi minn dittatur. Nies midħla tal-P.N. jsostnu wkoll li Ganado kellu ambizzjonijiet li jsir il-mexxej hu tal-P.N. flok Borg Olivier. Ganado kien ukoll kontra l-[[integrazzjoni]] u [[Jum l-Indipendenza (Malta)|l-indipendenza]]. Ganado kien avangardist fi ħsiebu. Kien jitkellem dwar l-Ewropa u lil Malta riedha hemm.
 
F’AprilF'April ta’ta' l-[[1958]], Ganado kellu laqgħa ma’ma' [[Patri Feliċjan Bilocca]], patri [[Kapuċċin]] li kien awtortita’awtortita' fis-[[Soċjoloġija]], li fiha Bilocca kien insista kemm felaħ li Malta teħtieġ it-tielet partit li jkun kapaċi jostakola lill-Mintuffjani. U Bilocca kien wegħdu li lest li jgħinu f’każf'każ li jkun bi ħsiebu jagħmel il-pass. Fit-twaqqif tal-partit tiegħu, Ganado kellu taħdidiet ukoll ma’ma' [[Monsinjur Mikiel Azzopardi]] li hu magħruf mal-poplu Malti l-iżjed għat-twaqqif tad-[[Dar tal-Providenza]]. Konnessjoni bejn it-tnejn tista’tista' tkun spjegata anki mill-fatt li t-tnejn li huma kienu attivi fl-Azzjoni Kattolika. Hekk twieled il-[[Partit Demokratiku Nazzjonalista (Malta)|Partit Demokratiku Nazzjonalista]], li ma kien xejn għajr satellita tal-Kurja. Il-partit twaqqaf fl-[[1962]] - is-sena li fiha l-Gvern Ingliż reġa' ta l-jedd lill-Maltin li jieħdu sehem f’f' elezzjonijiet politiċi wara sospensjonijiet ta’ta' erba’erba' snin. Li hu interessanti li dawn id-dettalji huma nieqsa għal kollox mill-kitbiet ta’ta' Ganado imma huma rreġistrati fid-djarji ta’ta' Bilocca.
 
Ganado kkontesta żewġ elezzjonijiet; dik ta’ta' l-[[1962]] u ta’ta' l-[[1966]]. L-ewwel waħda saret meta l-ġlieda politiko reliġjuża tas-snin sittin kienet għadha fl-aqwa tagħha. U f’dikf'dik l-ewforija l-partiti ż-żgħar kollha marru mhux ħażin u l-mexxeja tagħhom kollha telgħu inkluż l-Avukat Ganado. Il-ħarsien tar-reliġjon kienet fuq l-aġenda tagħhom lkoll. Element li seta’seta' għen lil Ganado kien il-fatt li hu kellu appoġġ mhux ħażin ta’ta' diversi qassisin, patrijiet u sorijiet. Diversi qassisin kienu wkoll imsieħba fil-partit.
 
Ganado fl-1962 kiseb erba’erba' siġġijiet. Hu nnifsu tela’tela' minn żewġ distretti. Imma ma għaddiex mill-eżami elettorali ta’ta' l-1966. Li hu ironiku hu li f’dikf'dik il-kampanja elettorali kien sostna li l-P.N. ma kienx ser ikun f’kundizzjonif'kundizzjoni li jmexxi gvern waħdu. Il-profezija altru li ma seħħitx għax Ganado nnifsu baqa’baqa' l-art u dan kien ifisser li l-partit tiegħu sfuma.
Kulma kiseb il-Partit Demokratiku Nazzjonalista fl-1966 kien 1.2% ta’ta' l-elettorat waqt li erba’erba' snin qabel kien ħa warajh 9.3% ta’ta' l-elettorat. Il-P.N. fl-1966 kien kiseb sitt siġġijiet iktar mill-Partit Laburista u dan jerġa’jerġa' jikkonferma kemm Ganado kien żbaljat fil-previżjonijiet tiegħu.
 
Darba li Ganado kisirha mal-P.N. kien sar ħabib kbir ta’ta' [[Mabel Strickland]] li wkoll kienet tara lil Dom Mintoff bħala l-għerq tal-problemi ta’ta' Malta. Milli jidher tant kienet tirrispettah lil Ganado, li Victor Griffiths, Professur tal-Mediċina, jsostni li f’okkażjonif'okkażjoni minnhom jiftakar lil Mabel “introduċiet lil Herbert Ganado ma’ma' politiċi għolja sew Ingliżi u Ammiralli ... dan il-bniedem ħa jkun il-Prim Ministru ta' Malta li jmiss.” Il-profezija tagħha imma baqgħet ma seħħitx.
 
L-ikbar rigal ta’ta' Ganado lil Maltin ħutu hu l-awtobiografija tiegħu ''Rajt Malta Tinbidel'' - magħmula minn erba’erba' volumi - li fiha tkellem dwar il-familja tiegħu, dwar artu u dwaru nnifsu. Tkellem b’modb'mod dettaljat dwar sehmu fil-politika. Fid-daħla tat-tielet volum kiteb li “nistħajjel li jiena kont l-ewwel wieħed li kelli l-kuraġġ jew il-wiċċ tost, kif tgħidli marti, li nikteb ħajti kollha bl-istorja intima tagħha.” Din l-awtobijografija hija wkoll fonti importanti ta' l-i[[storja soċjali]] Maltija mill-1900 sa l-1969. Wara mewtu ġew ippubblikati ''Jien Inħobb Nitkellem Magħkom'' (ġabra ta' artikli li huwa kiteb matul is-snin fil-''Leħen is-Sewwa''). Herbert Ganado huwa wkoll iz-ziju ta' l-awtriċi kontemporanea [[Maria Grech Ganado]].
 
 
Linja 34:
* Herbert Ganado, Rajt Malta Tinbidel, 4 Volumi(1977).
* Sergio Grech, Patri Feliċjan Bilocca, (Outlook Coop, 2004).
* Remiġ Sacco, L-Elezzjonijiet f’Maltaf'Malta (KKM: 1981).
* Nota: Il-Professur Griffiths ta dak il-kumment lill-Sergio Grech, li kien kiteb artiklu dwar Herbert Ganado.
 
{{DEFAULTSORT:Ganado, Herbert}}
 
[[CategoryKategorija:Twieldu fl-1906|Ganado,Herbert]]
[[CategoryKategorija:Mietu fl-1979|Ganado,Herbert]]
[[CategoryKategorija:NiesAvukati Maltin|Ganado,Herbert]]
[[CategoryKategorija:AvukatiPolitiċi Maltin|Ganado,Herbert]]
[[CategoryKategorija:Kittieba Maltin|Ganado,Herbert]]
[[Category:Ġurnalisti|Ganado,Herbert]]
[[Category:Politiċi Maltin|Ganado,Herbert]]
[[Category:Kittieba Maltin|Ganado,Herbert]]