Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 193.188.46.56 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Robert Aloisio
Tag: Rollback
Linja 53:
 
Fis-snin ħamsin, il-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta' [[Dom Mintoff]], ħareġ bil-proposta tal-''[[Integration]]''. Dan kien pjan biex Malta tingħaqad mal-Ingilterra fuq bażi ta' ugwaljanza politika, soċjali u ekonomika bl-iskop li jissolvew il-problemi tal-qgħad, ta' nuqqas ta' servizzi soċjali, u ta' nuqqas ta' leġislazzjoni biex id-drittijiet tal-bniedem, kif kienu gawduti mill-Ingliżi dak iż-żmien, jitgawdew ukoll mill-Maltin. L-Arċisqof Gonzi beża' li Mintoff kien sejjer idaħħal il-[[Komuniżmu]], u l-Integration kienet l-ewwel pass biex jeqred ir-reliġjon minn Malta.
 
=== L-Interdett ===
Nhar il-21 ta' Frar 1960, l-Arċisqof Gonzi u l-Isqof Pace ta' Għawdex, ħarġu l-Pastorali tar-Randan u fiha qalu li
{{kwota|Il-velenu soċjalista dieħel ġmielu speċjalment fost ċerti żgħażagħ. X'ġid jista' jikseb il-Partit tal-Ħaddiema mill-kuntatti perikolużi li qed isiru ma' għaqdiet u ma' personalitajiet soċjalisti ta' barra, speċjalment kontinentali? Biex naħdmu għall-ġid ekonomiku tal-pajjiż, hemm bżonn nesponuh għall-periklu li jitlef ruħu.}}
 
L-Isqfijiet ħeġġew biex
{{kwota|Il-prinċipji soċjalisti, li, kif rajna, bdew iġibu naturalment xi firda fostna, ma jibqgħux jixterdu, anzi jiġu mbiegħda għalkollox mill-moħħ ta' wliedna kollha kemm huma.}}
 
Qalu wkoll li
{{kwota|Ħadd ma jista' fl-istess ħin ikun kattoliku sinċier u soċjalista fil-veru sens tal-kelma.}}
 
F'''The Struggle'', organu tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta' Marzu 1960, f'artiklu bl-isem ''Kummenti dwar il-Pastorali tar-Randan'', kien hemm miktub li l-Pastorali tar-Randan ma kinitx tittratta ż-żmien tar-Randan iżda kienet attakk fuq iż-żgħażagħ Laburisti u fuq il-Partit Laburista, b'bosta ineżattezzi u tagħwiġ tat-twemmin soċjalista. Ftit jiem wara, lill-Editur [[Lorry Sant]] il-Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta' apoloġija fil-ħarġa li jmiss ta' ''The Struggle''. Nhar id-9 ta' April, Lorry Sant irċieva digriet mingħand l-Arċisqof Gonzi bil-piena tal-interdett personali fuq artiklu li skont il-Kurja kasbar u naqqas mir-rispett lejn l-awtorità tal-Isqfijiet. Minbarra l-kundanna personali, kull min jistampa The ''Struggle'', jikteb fih, ibigħu jew jaqrah, jkun qed jagħmel dnub mejjet.
 
Nhar it-8 ta' April 1961, l-interdett ingħata lill-Eżekuttiv Laburista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff. Dan wara li fil-15 ta' Marzu l-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l-aġir tal-Arċisqof Gonzi bħala persuna privata minħabba li bl-imġieba tiegħu kien qed joħloq ħsara lill-pajjiż u xkiel lejn il-ksieb tal-Indipendenza. Il-Kurja wieġbet li jekk l-Eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ma kienx se jagħmel apoloġija pubblika, kienet se tagħmel użu tal-pieni tal-interdett. Fit-8 ta' April, il-Kurja għarrfet lill-aġent Segretarju tal-Partit Laburista, li wara li l-Eżekuttiv sejjaħ Konferenza Ġenerali minflok li rtira l-istqarrija tal-politika tal-Partit, l-Isqfijiet taw l-interdett personali lill-membri kollha li ħadu sehem fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ta' nhar il-15 ta' Marzu.
 
F'Settembru 1961 tħabbret il-mewt ta' [[Ġużè Ellul Mercer]], Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u awtur tar-rumanz ''Leli ta' Ħaż-Żgħir''. Billi kien taħt il-pieni tal-interdett, indifen fil-parti taċ-ċimiterju tal-Addolorata mhux ikkonsagrata, magħrufa bħala l-Miżbla.
 
Fl-istess sena, il-Partit Laburista daħal fl-A.A.P.S.O (''Afro-Asian Peoples' Solidarity Organization'') li skont il-Moviment Azzjoni Soċjali kienet "għaqda reġjonali li taħt pretesti jew skopijiet tajba bħall-ġlieda għal-libertà tal-poplu qed isservi għall-penetrazzjoni tal-Komuniżmu fl-Asja u fl-Afrika."
 
Nhar l-24 ta' Mejju 1961, l-Arċisqof ħareġ din id-direttiva lill-Kleru:
 
{{kwota|Bħalma nafu lkoll, dawn l-aħħar ġimgħat, kull fejn qiegħed imur l-E.T.l-Arċisqof, qiegħed jiġi milqugħ b´ferħ kbir u turija ta' sottomissjoni filjali sħiħa. L-Eċċellenza tiegħu ma jistax ma jifraħx b'dan kollu, mhux għalih innifsu, imma għax din l-imġiba turi illi l-maġġoranza l-kbira tal-Maltin raw li dak il-partit, li għall-mottivi politiċi ġodda tiegħu, qiegħed iwettaq gwerra kontra l-Knisja, qabad triq ħażina li mhix vantaġġjuża għall-ġid spiritwali ta' Malta u għalhekk għandha tiġi miċħuda.
 
Iżda min-naha l-ohra l-Eċċellenza Tiegħu ma jistax jieħu pjaċir bis-sitwazzjoni li nħolqot f'Malta f'materji li jaffettwaw is-sentiment reliġjuż ta' Malta; huwa jrid il-għaqda li jrid Sidna Ġesù Kristu. U għax il-Knisja ma tistax tasal fi ftehim ma' dawk li ma jridux jimxu skond it-tagħlim t'Alla, bħal ma għedna awtorevolment aħna, huma ħassru d-dmir tiegħi li juri x'għandu jkun imwarrab, almenu minn dawk li jridu jibqgħu magħqudin mal-Knisja. L-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof, għalhekk, iwissi illi fiċ-ċirkostanzi li għandna llum, dan li ġej għandu jkun ikkundannat bil-qawwa kollha possibbli.
 
a) L-offizi gravi bil-fomm, bil-kitba jew għemil kontra l-arċisqof u l-kleru;
 
b) L-appoġġ lill-mexxejja tal-M.L.P., sakemm dawn jibqgħu fi stat ta' gwerra mal-Knisja, u f'kuntatt mas-soċjalisti, il-komunisti u l-AAPSO;
 
ċ) Il-kitba, il-qari u l-bejgħ ta' "Il-Ħelsien" u l-"Voice of Malta" sakemm dawn ikomplu jimxu fuq il-linja li mixjin biha fil-preżent, minkejja li dawn diġà kienu pubblikament imwiddba mill-awtoritajiet ekklesjatiċi; l-istess jgħodd għal "The Whip";
 
L-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof iwissi wkoll lill-ġenituri bir-responsabilità kbira li għandhom fuq spallejhom quddiem Alla, meta huma jħallu lil uliedhom jiffrekwentaw il-Brigata tal-M.L.P., fejn jitgħallmu jistmerru l-awtoritajiet ekkleżjastiċi, u fil-pieni serji li joħorġu minn dan. Billi jidher li xi whud jitqarbnu anke ta' sikwit, u dawn id-dnubiet ma jqerruhomx, il-konfessuri, bhalma huwa d-dover taghhom, għandhom, skont ir-regola tal-prudenza, jistaqsu lill-penitenti d-domandi meħtieġa.
 
Għandna niftakru li fil-Knisja s-setgħa qiegħda fil-kapijiet, magħżula minn Alla u mhux mill-poplu, u għalhekk meta, fl-ambjent taghħa hija toħroġ direttivi, ħadd m'għandu d-dritt jikkritikaha, u inqas u inqas, bħal ma ntqal, li jikkundannaha...}}
 
=== L-Elezzjonijiet tal-1962 ===