Marie Curie: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
Linja 19:
F'dan il-laboratorju fejn eżaminaw il-pechblenda, skoprew żewġ elementi ġodda. Fit-18 ta' Lulju 1898, Marie Curie ħabbret l-iskoperta tal-[[Polonju]], msemmi hekk għal art twelidha. Fis-26 ta' Diċembru, ma' [[Gustave Bémont]], ħabbret is-sejba tar-[[Radju]]; kellhom jittrattaw tunellati sħaħ ta' pechblenda biex joħorġu inqas minn gramma ta' dan l-element. Dan ix-xogħol sar f'postijiet bla kumdità xejn. Skond il-kimiku Ġermaniż Wilhelm Ostwald, li żar il-post tax-xogħol ta' Pierre u Marie Curie: "''Dan il-laboratorju kien qiesu fl-istess ħin stalla u maħżen tat-tuffieħ. Kieku ma rajtx l-apparat tal-kimika, kont naħseb li qegħdin jidħqu bija''".
 
[[Stampa:Dyplom_SklodowskaMarie Skłodowska-Curie's Nobel Prize in Chemistry 1911.jpg|thumb|right|210px|Wieħed mill-premji Nobel ta' Marie Curie]]
 
Fit-26 ta' Ottubru 1900, saret professur fl-''École normale supérieure de jeunes filles'' ta' [[Sèvres]]. Matul is-sena 1903, fit-25 ta' Ġunju iddefendiet it-teżi tagħha fuq il-materji radjoattivi. Fl-10 ta' Diċembru, irċeviet ma' żewġha u [[Henri Becquerel]], il-Premju Nobel għall-fiżika "'' b'rikonoxximent għas-servizzi straordinarji li taw fir-riċerka flimkien fuq il-fenomenu tar-radjazzjoni, skopert mill-Professur Henri Becquerel''". Kienet l-ewwel mara li ngħatat il-Premju Nobel. Dik is-sena stess, saret l-ewwel lawrejata mara tal-''Midalja Davy''.