Partit Nazzjonalista (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 61:
== L-Elezzjoni tal-2013 ==
 
Fid-9 ta' Marzu 2013, il-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu meta kiseb 132,426 vot. Hekk il-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni. Il-PL se jkollukellu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Lawrence Gonzi ħabbar li kien se jirreżenja u ma kienx se jikkontesta għall-elezzjoni ta' Kap ġdid fil-bidu ta' Mejju 2013.
 
Fl-istess jum, il-Partit Nazzjonalista tilef ukoll l-Elezzjonijiet Lokali li saru fi 33 lokalità. Il-Partit Laburista żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta’ erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naq­qas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%. F’dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta’ Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera. Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68. Il-Partit Nazzjonalista għandu biss maġġoranza f'24 lokalità.
Linja 67:
=== Simon Busuttil maħtur Kap ===
 
Nhar it-8 ta' Mejju 2013 [[Simon Busuttil]] inħatar Kap tal-Partit.
 
== L-Elezzjoni tal-2017 ==
 
Fit-3 ta' Ġunju 2017, il-Partit Laburista reġa' għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu. Hekk il-PL ġab 55% u l-PN 43.7%. Il-PL se jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Simon Busuttil ħabbar li kien se jirreżenja minn Kap tal-Partit flimkien mal-amministrazzjoni kollha.
 
== Rappreżentanza ==