It-Tieni Gwerra Dinjija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Bot: sostituzzjoni tal-istampa minn SBDs_and_Mikuma.jpg għal SBD-3_Dauntless_bombers_of_VS-8_over_the_burning_Japanese_cruiser_Mikuma_on_6_June_1942.jpg
m correction/rephrasing
Linja 159:
 
Stimi għat-total ta' mejtin madwar id-dinja kollha jvarjaw,imma l-maġġoranza jsostnu li madwar 60 miljun ruħ mietu fil-gwerra, bejn wieħed u ieħor 20 miljun suldat u 40 miljun civil. Ħafna minn dawn tal-aħħar mietu minħabba mard, ġuħ, massakri u ġenoċidji. L-Unjoni Sovjetika waħedha tilfet madwar 27 miljun ruħ fil-gwerra, madwar nofs it-total ta' mejtin. Minn dan it-total, madwar 85% kien telf minn naħa tal-Alleati (il-maġġoranza kienu Sovjetiċi u Ċiniżi) u 15% kienu minn naħa tal-Assi. Stima waġda hi li madwar 12-il miljun ċivil mietu f'kampijiet ta' konċentrament Nażisti, miljun u nofs minn [[Bombardament Strateġiku fit-Tieni Gwera Dinjija|bombardamenti]], 7 miljuni fl-Ewropa għal kawżi oħra, u 7 miljuni u nofs fiċ-Ċina għal raġunijiet oħra. Il-figuri totali ta' mewtiet u telfien ta' ħajja mhumiex magħrufa minħabba l-fatt li l-maġġoranza assoluta tagħhom qatt ma ġew dokumentati.
[[Stampa:Churchill waves to crowds.jpg|thumb|Prim Ministru [[Winston Churchill]] jagħti lis-"sinjal tal Vitorja" sinjal fillil-folol f'Londra fit-f'[[Jum il-Vitorja fl-Ewropa]].]]
Ħafna minn dawn il-mejtin irriżultaw minn atti ta' [[ġenoċidju]] magħmula f'territorji okkupati mill-Assi, kif ukoll krimini ta' gwerra oħra [[Krimini ta' gwerra magħmula mill-Wehrmacht|mill-qawwiet Ġermaniżi]] kif ukoll [[Krimini ta' gwerra magħmula mill-Ġappuniżi|Ġappuniżi]]. L-iktar atroċità magħrufa u magħmula mill-Ġermaniżi kien l-[[Olokawst]], il-ġenoċidju sistematiku tal-[[Lhud]] f'territorji kkontrollati mill-Ġermaniżi u l-alleati tagħhom. In-Nażisti wettqu krimini wkoll lejn popli oħra, fosthom ir-[[Poplu Roma|Roma]] (kif ukoll il-[[Porajmos]]), l-i[[Slav]]i, u l-omosesswali]], sterminazzjoni ta' madwar ħames miljun ruħ. Għall-Ġappun, l-iktar massakru magħruf huwa l-[[Massakru ta' Nanking]], fejn bosta mijiet t'eluf ċivili ċiniżi inqatlu u ġew abbużati. Il-Militar Ġappuniż qatel minn 3 miljun sa iktar minn 10 miljun ċivil, fil-maġġuranza tagħhom ċiniżi.