Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 6:
Imwieled iż-[[Żurrieq]] fl-24 ta' Lulju, 1895, Pietru Pawl Saydon ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tar-raħal, u minn hemm għadda għas-Seminarju. Fl-1912 beda l-kors preparatorju tal-Letteratura fl-[[Università ta' Malta|Università]] u ta' għoxrin sena kiseb il-B.Litt. Fl-1919 iggradwa fil-Liġi Kanonika u d-Dottorat fit-[[Teoloġija]]. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u għadda lill-istudenti tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta' studju mill-Gvern biex seta' jissokta l-istudji tiegħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta' wara telaq lejn [[Ruma]] l-Istituto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.
 
== LintroduzzjoniL-introduzzjoni tal-Bibbja ==
 
{{kwota|Kotra kbira ta' ħuti l-Maltin ma jafux jaqraw ħlief bi lsienhom, u qatt u qatt ma ħassew f'qalbhom il-ħlewwa li jisimgħu fi lsienhom il-kelma t'Alla hekk kif ħarġet minn fommu mijiet u eluf ta' snin ilu. Għalihom l-ewwel ma ħsibt fix-xogħol tiegħi. Iżda barra minn dawn, jien ħaddant fil-ħsieb tiegħi il-Maltin kollha, li jħobbu u jgħożżu lsienhom.}}