Valletta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
→‎Storja: Ikkoreġejt id-data tal-ewwel ġebla.
Linja 50:
L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-[[Ordni ta' San Ġwann]], [[Jean Parisot de la Valette]]. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-[[Assedju ta' Malta (1565)|Assedju l-Kbir tal-1565]], biex b'hekk tibni ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f'Malta, fejn effettivament assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien [[Francesco Laparelli]] li ntbagħat mill-Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, Ġlormu Cassar li pproġetta wkoll il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]] u parti mill-fortifikazzjonijiet.
 
Fit-2528 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda ''Collacchio'', li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn Putirjal u tispiċċa fil-Forti Sant'Iermu fuq in-naħa l-oħra.
[[Stampa:Valletta.jpg|275px|thumb|left|Dehra tal-Belt Valletta minn [[tas-Sliema]]]]
Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-21 ta' Awwissu 1568. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri.