Rużar Briffa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 78.133.94.26 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 85.232.210.254
Linja 5:
Studja fl-iskola elementari tal-Gvern f’Sant’ Iermu u l-Liċeo tal-Belt u wara li għadda mill-eżamijiet tal-Matrikola, fl-1923 beda jgħallem fl-iskejjel elementari. Kellu jkun l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment.
== Tabib u Dermatologu ==
Ftit xhur wara, fl-1924, beda l-istudju tiegħu fil-mediċina, fl-Università ta’ Malta u ssoktah f’Londra fil-Venereoloġija u d-Dermatoloġija. Fl-1932 sar speċjalista tal-mard tal-ġilda. Baqa’ magħruf għall-umiltà u l-qalb kbira li wera mal-morda, speċjalment mal-lebbrużi. Skont martu Louisette, ix-xewqa tiegħu fil-professjoni medika kienet li jkabbar il-ġmiel fil-ġilda u jnaqqas il-kruha tagħha, u dan l-aspett jixref sikwit fil-versi tiegħu, tant li fi żmienu kien magħruf bħala l-Poeta tas-Sbuħija.
 
Lura f’Malta, Briffa nħatar tabib anzjan fis-sezzjoni tal-mard tal-ġilda fl-Isptar Ċentrali. Kien ukoll speċjalista tal-marda tal-lebbra fl-Isptar San Bartilmew fl-Imgieret u fl-Isptar Chambray ta’ Għawdex. Matul il-pesta li kellna f’Malta fis-snin 1936-37, Ruzar kien jaħdem fl-Isptar ta’ Lazzarett f’Manoel Island. Fl-1938 kien mar fil-Lvant Imbiegħed fejn ħadem u studja fi sptarijiet f’Kalkutta, Gobra, Bankura u Madras.
 
Matul il-gwerra, meta kien mar joqgħod San Giljan, Rużar kien speċjalista onorarju tad-dermatoloġija fil-Malta War Memorial Hospital for Children. Tul l-istess żmien kien ukoll Supretendent fl-Isptar Blue Sisters. Bejn is-snin 1951 u 1963, Rużar kien jgħallem id-dermatoloġija u l-veneoroloġija fl-Università ta’ Malta.
 
==L-Għaqda tal-Malti==
Flimkien ma’ sieħbu [[Ġużè Bonnici]], fl-1931 waqqaf l-[[Għaqda tal-Malti (Università)|Għaqda tal-Malti – Università]], li għadha attiva sal-lum, u beda joħroġ ir-rivista ''Leħen il-Malti''.
 
==oetaPoeta==
 
:"''Qatt ma kelli l-ħsieb li nistampa dawn il-poeżiji fi ktieb. Uħud minnhom ktibthom fi żmien ta’ dwejjaq kbar, oħrajn ta’ ferħ. U ktibthom għalija….''"
Line 208 ⟶ 215:
magħtuba
 
mtmit-toqol tas-snin
 
qed tħares madwarha