Charles Dickens: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
mNo edit summary
Linja 6:
Il-kitbiet ta' Dickens tfaħħru bil-kbir minn awturi kbar bħal Leo Tolstoy, George Orwell, u G. K. Chesterton għar-realiżmu tagħhom, komiċità, stil, karatterizzazzjoni unika, u kritika soċjali.
 
"[[Oliver Twist]]", "[[L-Għanja tal-Milied|A Christmas Carol]]", "Great Expectations", "David Copperfield", "A Tale of Two Cities", "The Old Curiosity Shop" u "The Life and Adventures of Nicholas Nickelby" huma biss uhud mix-xogħlijiet -forsi l-iktar popolari- ta' Charles Dickens, studjati matul is-snin minn eluf ta' tfal fuq il-bankijiet tal-iskola imma wkoll minn eluf oħra li raw film jew xogħol teatrali fosthom ukoll musicals ispirati mill-istejjer mill-iktar ħajja tal-kittieb Ingliż.
 
Xogħlijietu huma meqjusin bħala għajta kbira soċjali kontra l-faqar u l-inġustizzji ta' dak iż-żmien, influwenzati mhux ftit mill-esperjenza diretta ta' Dickens tfajjel li ta' 12-il sena spiċċa waħdu, mingħajr familja, jaħdem f'fabbrika, meta familtu spiċċat il-ħabs, l-iktar minħabba d-dejn kbir li kien daħal għalih missieru. Esperjenzi li mmarkaw lit-tfajjel tant li huma riflessi ferm fil-kitbiet tiegħu li sal-lum nqalbu f'iktar minn 300 adattament għall-film jew għat-televiżjoni li min-naħa tagħhom rebħu wkoll diversi Oscars.
 
Illum, id-dar li fiha għex għal sentejn - mhux wisq bogħod mill-istazzjon tal-underground Russel Square fiċ-ċentru ta' Londra - hi l-mużew li Charles Dickens ħalla bħala ikona ħajja ta' fejn kiteb għadd ta' manuskritti u minn fejn bdew is-suċċessi tal-karriera li żammitu fost il-pilastri tal-letteratura attwali anke sal-lum.
Linja 14:
== Tfulija ==
 
Charles Dickens twieled f’familja ta’ klassi baxxa, fejn riedet jew ma riditx, kellha tkun sfruttata mis-servi tal-poter. Il-paga ta’ missier Dickens, li kien skrivan mal-flotta Ingliża, ma kienx biżżejjed biex imantni l-familja. Bħal ħafna oħrajn ta’ żmienu, missier Dickens kien spiċċa jqatta’ xi snin fil-ħabs ta’ dawk li kellhom id-djun u ma ħallsuhomx. Kien għalhekk li l-awtur kellu jissospendi l-edukazzjoni tiegħu u ta’ 12-il sena – bħal tfal oħrajn – ifittex impjieg anke jekk bi ftit flus. Dar diversi fabbriki, jew kif kien jissejħu f’dawk iż-żminijiet: djar tax-xogħol, fosthom fabbrika li għal sitt xhur sħaħ ta’ kuljum kien ikollu joqgħod jibblakka ż-żraben.
Dak li kellu jgħaddi minnu f’din l-età hekk żgħira, influwenza bil-kbir lil Dickens fil-mod li bih iħares lejn ix-xogħol u b’mod speċjali lejn il-flus.
Wara li Dickens kien irnexxielu jkompli l-edukazzjoni tiegħu sab impjieg bħala ġurnalista tal-parlament. Grazzi għal dan ix-xogħol huwa seta’ jkabbar aktar l-għarfien tiegħu fil-mod li bih il-politiċi ta’ żmienu kienu jqisu l-kwistjonijiet soċjali. Grazzi għal dan l-għarfien Charles Dickens ippubblika l-ewwel minn serje ta’ kitbiet. Kien fl-1837 li hu ppubblika l-ewwel rumanz tiegħu bl-isem ta’ ''Pickwick Papers''. Fl-erba’ snin ta’ wara hu rnexxielu jippubblika xejn inqas minn ħames rumanzi oħra, l-aktar magħruf fosthom: ''Oliver Twist''. Dan ir-rumanz kien juri bl-aktar mod ċar id-diffikultajiet tal-familji, il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’dawk il-fabbriki tal-bidu, kif ukoll l-intolleranza lejn il-ħaddiema mill-klassijiet diriġenti, kemm jekk industrijalisti kif ukoll politiċi. Interessanti ħafna huwa l-fatt li f’dan ir-rumanz Dickens jagħti idea ċara ta’ x’kienet tfisser il-mobilità fid-dinja tax-xogħol.
 
== Vjaġġi fl-Istati Uniti ==
 
Fl-1842 Charles Dickens għamel l-ewwel minn żewġ vjaġġi fl-Istati Uniti. F’dan il-pajjiż il-kitbiet tiegħu kienu ferm popolari. Iżda minkejja l-ftaħir tas-suċċess tal-ħolma Amerikana, Charles Dickens wara l-ħames xhur li qatta’ jgħix f’dak il-pajjiż, kien diżilluż bil-kbir mill-qerq tal-wegħdiet ta’ x’toffri d-demokrazija Amerikana.
Lejn l-aħħar ta’ dik is-sena, wara l-esperjenzi li kellu, Dickens ippubblika l-ktieb ''American Notes,'' li fost affarijiet oħra jinkludi l-esperjenzi tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f’fabbrika tat-tessuti u l-kundizzjonijiet tas-skjavi.