Rokku Abdilla: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
Rokku Abdilla ([[Iż-Żurrieq|Żurrieq]], 8 ta' Novembru, 1932 - 22 ta' Jannar, 2017) kien ħaddiem tat-Tarzna u Deputat tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista Malti]].

== Politika ==
Flimkien ma' [[Lorry Sant]], kienu l-uniċi żewġ ħaddiema tat-Tarzna fost is-sittax-il Deputat Laburista wara l-elezzjoni tal-1962, li fiha l-Partit Laburista kien [[interdettjat|Interdett]] mill-Knisja.
 
Fl-4 ta' Ġunju, 1961, Abdilla flimkien ma' żewġ irġiel oħra waħlu poster mal-faċċata tal-każin Laburista taż-Żurrieq biswit il-Knisja meta kien ġej l-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] għall-festa ta' [[Santa Katarina ta' Lixandra|Santa Katerina]]. Il-poster kellu l-kliem bil-Latin: "Ave Nero Urbs Quam Incendisti Te Salutant" (Insellmulek [[Neruni]], il-belt li inti ħraqt issellimlek). Mons. [[Pietru Pawl Saydon]] kien ġie suspettat li qalibhielu hu għal-Latin. Abdilla kien ittella' l-qorti u fit-28 ta' April 1962 kien weħel xahrejn ħabs għax ivvilifika r-reliġjon.
 
Huwa kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali tal-1962, 1966 u 1971, u tela'.