Martin Luther King Jr.: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
Linja 4:
== Tfulija ==
 
King twieled fil-15 ta' Jannar - mill-1983, dan il-jum sar Jum Nazzjonali fl-USA - tal-1929, f'Atlanta fl-Istati Uniti tal-Amerika. Missieru kien ''pastor'' Battista. Sa minn ċkunitu Martin beda jara l-inġustizzji kbar li kienu jeżistu kontra s-suwed. Qabel ma beda jmur l-iskola hu u oħtu kienu jilagħbu ma' żewġt itfal bojod. Meta marru l-iskola għall-ewwel darba, iż-żewġt itfal bojod marru fi skola għall-bojod waqt li Martin u oħtu marru fi skola għas-suwed. Minn dakinhar omm it-tfal bojod ma ħallithomx jilagħbu iżjed magħhom għax suwed.

Fi tmiem l-ewwel sena tal-iskola, is-surmast ħadhom ħarġa. Dak iż-żmien is-suwed kien ikollhom iċedu posthom fuq il-karozza tal-linja. King jgħid li qatt ma ħass qalbu sewda daqs dakinhar. Fi tfulitu kien iħobb jisma' l-mużika sewda, l-iktar dik tal-kantanta Bessie Smith. Din il-kantanta sewda mietet wara inċident tat-traffiku għax ma ridux jagħtuha kura fi sptar tal-bojod. Dak li King kien qed jara madwaru kien l-iskjavitu tas-suwed. Il-faqar kien mifrux ħafna fosthom. Kienu jiġu mċaħħda minn impjiegi mħallsa tajjeb, edukazzjoni xierqa u djar tajbin. Ma kinux jitħallew jidħlu f'ġonna pubbliċi, ħotels jew ristoranti.
 
== ''Pastor'' Battista ==
Line 16 ⟶ 18:
== Il-Moviment għad-Drittijiet Ċivili ==
 
King kien beda jinvolvi ruħu fil-moviment għad-drittijiet ċivili fl-1955 meta mexxa l-bojkott tal-karozzi tal-linja ta' Montgomery. B'dan il-bojkott spiċċat is-segregazzjoni fuq il-karozzi tal-linja ta' dak il-post, jiġifieri spiċċaw is-seats għall-bojod u seats għas-suwed. Wara dan, King ħeġġeġ lill-Amerikani suwed biex jimxu fuq l-eżempju ta' Montgomery u jirbħu d-drittijiet tagħhom mingħajr vjolenza.

Bħala mexxej tas-Southern Christian Leadership Conference li għen biex titwaqqaf fl-1957, King mexxa dimostrazzjonijiet, marċijiet, ''sit-ins'', u bojkotts f'ħafna bliet kemm fis-sud kif ukoll fin-nord tal-Amerika, fejn ħafna drabi kien jiltaqa' ma' tgħajjar u xi drabi vjolenza. Tefgħuh il-ħabs bosta drabi għall-attivitajiet tiegħu fis-sud. Fl-1967 sar ukoll mexxej tal-moviment paċifista li ħadem biex iġib fi tmiem il-Gwerra twila tal-[[Vjetnam]].
 
=== "I Have a Dream" ===
 
King organizza l-Marċ kbir ta’ l-1963 f'[[Washington]], għax-xogħol u għad-drittijiet ċivili. Fit-28 tta'Awissu Awwissu 1963, King għamel id-diskors famuż "[[I Have a Dream]]", quddiem 200,000 ruħ:
 
"Jien għandi ħolma. Għandi ħolma li xi darba fuq l-għoljiet ħomor tal-Georgia it-tfal tal-iskjavi u t-tfal tas-sidien ikunu jistgħu jpoġġu bil-qiegħda fuq l-istess mejda bħall-aħwa. Għandi ħolma li meta aħna nikbru u jkollna t-tfal tagħna, dawn ikunu jistgħu jgħixu f’pajjiż li fih ma jiġux iġġudikati mill-kulur tal-ġilda tagħhom imma mill-kwalità tal-karattru tagħhom. Iva hekk noħlom."
"I have a dream that one day this nation will rise up and live out the true meaning of its creed: 'We hold these truths to be self-evident, that all men are created equal.' ... I have a dream that my four little children will one day live in a nation where they will not be judged by the colour of their skin but by the content of their character."
 
== Maqtul ==