2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 302:
* 24: 50,000 Iżraeljan evakwati f'Haifa wara diversi nirien li tqabbdu.
* 24: Clinton tgħaddi lil Trump b'żewġ miljuni fil-vot popolari.
* 24: Il-Prim Ministru Muscat jgħid li wegħda elettorali tal-Partit Laburista se tkun sistema ġdida ta' trasport tal-massa għal Malta.
* 25: Għargħar kbar fl-Italja ta' Fuq.
* 25: Il-Parlament Ewropew jivvota favur li jkunu iffriżati t-taħdidiet biex it-Turkija tidħol fl-UE. It-Turkija thedded li tiftaħ il-fruntieri biex l-immigranti jidħlu fl-Ewropa.
* 25: Il-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta tagħti żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament lill-Partit Nazzjonalista, wara kwistjoni li kienet ilha tkarkar mill-aħħar elezzjoni.
* 26: It-tim tal-kampanja elettorali ta' Clinton jingħaqad ma' dak ta' [[Jill Stein]], il-mexxejja tal-Ħodor biex jerġgħu jingħaddu l-voti f'[[Michigan]], [[Pennsylvania]] u [[Wisconsin]].
* 27: Il-Gvern Sirjan jerġa' jieħu ħafna mil-Lvant ta' Aleppo. 10,000 ruħ jaħarbu minn Aleppo.
* 27: L-Arċisqof Scicluna jikkritika l-iskema ta' Xogħol fil-Komunità mħaddma mill-GWU.
* 27: [[Nico Rosberg]] jirbaħ għall-ewwel darba l-Kampjonat tas-Sewwieqa, b'5 punti iktar minn sieħbu [[Lewis Hamilton]]. Ħamest ijiem wara, Rosberg iħabbar li se jirtira.
* 28: Ajruplan jiġġarraf fil-Kolumbja, u mis-77 passiġġieri li jkun hemm fuqu jmutu kollha barra sitta. Fost il-passiġġieri jkun hemm it-tim tal-futbol Brażiljan, iċ-[[Associação Chapecoense de Futebol|Chapecoense]].
* 28: Il-Prim Ministru Muscat jiltaqa' mal-President Franċiż Hollande.
* 28: L-Arċisqof jiltaqa' mal-Ministru tax-Xogħol Evarist Bartolo u jammetti li l-iskema mħaddma mill-GWU se tagħti iktar drittijiet lill-ħaddiema li qabel ma kellhomx, iżda appella lill-GWU tagħti l-qligħ tagħha lill-ħaddiema. Il-GWU tgħid li l-Arċisqof daħal fil-politika partiġġjana.
* 29: Tliet klabbs tal-futbol Brażiljani joffru plejers minn tagħhom lit-tim li tilef ħafna mill-plejers tiegħu fit-traġedja tal-ajru.
* 29: Muscat jiltaqa' mal-Kanċillier Ġermaniża Merkel biex jiddiskuti l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.
* 29: Emma Morano, Taljana, l-ixjeħ persuna fid-dinja tagħlaq 117-il sena. Hija tiekol żewġ bajdiet nejjin kuljum.
* 30: Muscat jiddiskuti l-immigrazzjoni mal-Prim Ministru Pollakk.
* 30: Il-priġunieri Maltin jingħataw tnaqqis ta' xahar priġunerija wara talba mill-Papa Franġisku lill-gvernijiet fsis-Sena tal-Ħniena. L-Arċisqof jirringrazzja lill-President u lill-Gvern Malti li laqgħu t-talba tal-Papa.
* 30: Il-Qorti Suprema Indjana tordna li fiċ-ċinema qabel kull film li jintwera irid jindaqq l-innu nazzjonali u n-nies tqum bil-wieqfa.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
Line 315 ⟶ 324:
* 17: Sunny Aquilina, awtur Malti ta' kanzunetti, fosthom ''My Dream'' u ''The One that I Love''.
* 25: Fidel Castro, eks President u Prim Ministru ta' Kuba.
* 27: Pierre Picton, is-sid tal-karozza Chitty Chitty Bang Bang oriġinali. Kien ġie biha Malta fl-1990.
 
== Diċembru ==
* 1: [[François Hollande]] jgħid li mhux se jerġa' jikkontesta għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla fi Franza.
* 2: Trump ikollu konverżazzjoni bit-telefon mal-President tat-Tajwan, u dan iqajjem kontroversja maċ-Ċina.
* 2: Muscat ikollu konverżazzjoni bit-telefon mal-Viċi President tal-Istati Uniti.
* 2: 200,000 Musulman jipprotestaw kontra l-Gvernatur Nisrani ta' Jakarta, il-kapitali tal-Indoneżja.
* 3: Il-Prim Ministru Muscat ipoġġi l-fjuri fuq il-qabar ta' Raymond Caruana, attivist żagħżugħ Nazzjonalista li kien inqatel 30 sena ilu. L-Arċisqof ifaħħar il-ġest tiegħu bħala wieħed "ta' kompassjoni, għerf u kuraġġ".
* 4: [[Alexander Van der Bellen]], tal-Ħodor, jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali fl-Awstrija kontra kandidat tal-Lemin estrem li kien favorit.
* 4: Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi jirriżenja wara li r-referendum fuq tibdil kostituzzjonali li ppropona hu ma jgħaddix.
* 4: Iktar minn 1000 student japplikaw biex jidħlu fl-iskola medika ġdida f'Għawdex.
* 5: Il-Prim Ministru ta' New Zealand John Key jirriżenja wara 8 snin fil-kariga.
* 5: Malta ssir l-ewwel pajjiż fl-UE li tipprojbixxi b'liġi t-terapija li tipprova tibdel l-identità sesswali ta' persuna.
* 5: Jinstabu s-saqajn mumifikati tar-Reġina Nefertiti tal-Eġittu.
* 7: Trump imsemmi bħala l-Persuna tas-Sena mir-rivista Time.
* 7: Iktar minn 100 ruħ imutu f'terrimot fl-Indoneżja.
* 7: Ajruplan jiġġarraf fil-Pakistan, bil-passiġġieri kollha, 47, imutu.
* 7: Nylon Knitting tħabbar investiment ta' 6 miljun ewro f'Malta.
* 8: Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz jagħmel żjara f'Malta u jfaħħar lil Malta għall-impenn tagħha fit-tħejjija għall-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.
* 8: Kwart mill-Maltin ipejpu.
[[Kategorija:2016]]