Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 20:
==Tfulija==
 
Bin Vinċenz, li hu spettur sanitarju mill-Belt, u Natalina imwielda Ceravolo, għalliema mill-Belt, Ġorġ Preca twieled hu ukoll il-Belt [[Valletta]] fit-12 ta' Frar]], 1880, f'53, Triq il-Punent, fil-Parroċċa ta' San Duminku. Is-seba' tifel fost disa' aħwa - erbgħa subien u ħamsa bniet. L-ewwel Priministru ta' Malta, [[Joseph Howard]] "kien imħallat sewwa mal-familja Preca", kien ir-raġel tal-kuġina ta' ommu. Ma kinux foqra, tant li kellhom seftura. Tgħammed fis-17 ta' Frar minn Patri Vinċenz Cousin, Dumnikan fil-Knisja ta' Porto Salvo.
 
Ta' 5 snin kien se jegħreq fil-Port il-Kbir imma salvah barklor. Meta kellu 6 snin marru joqogħdu B'Kara u ftit wara l-Ħamrun. Irċieva l-Griżma fit-2 t'Awissu 1888 minn idejn l-Isqof Anton Maria Buhagiar, fil-Knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Daħal abbati. [[Fra Diegu Bonanno|Fra Diegu]] kien profetizzalu "Ġorġ, meta tikber int għad issir qassis u għad tiġi tqaddes f'dan l-istitut (Fra Diegu)".