2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 238:
* 17: Il-Gvern Laburista jressaq ir-4 Budget tiegħu fil-leġislatura li bdiet fl-2013. Jissejjaħ "budget soċjali" għax għandu ħafna miżuri soċjali fosthom l-impenn li fi żmien tliet snin żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jkunux f’riskju ta’ faqar, iż-żieda fil-pensjonijiet, u għajnuna li min qiegħed fuq il-minimum wage.
* 20: Malta l-iktar pajjiż b'nies ħoxnin fl-Ewropa. Kwart tal-Maltin huma ħoxnin.
* 23: Il-Prim Ministru Muscat jgħid li wasal iż-żmien li f'Malta jiġi miġġieled ix-xogħol prekarju.
* 24: Ajruplan Fairchild Metroliner Mark III jikkraxxja ħdejn ir-runway ta' Ħal-Luqa eżatt mat-take-off u jsir ballun tan-nar. Il-ħames Franċiżi li kienu fuqu jmutu. Żball uman jew ħsara teknika probabilment kienu l-kawża.
* 25: Il-Gvern Malti jiffirma ftehim maċ-Ċina biex sal-2008 jiġu 10,000 turist Ċiniż u 50,000 sal-2020.
* 28: Esplora, ċentru interattiv tax-xjenza, jiftaħ f'Bighi.
* 30: Terremot b'qawwa ta' 6.5 jolqot lil [[Norcia]] u [[Macerata]], fiċ-Ċentru tal-Italja.
* 30: Il-kandidat ġdid tal-PN, Salvu Mallia, jgħid li l-Prim Ministru Muscat huwa l-agħar ħaġa li ġrat lil Malta minn żmien il-pesta sal-lum.
* 30: Jiftaħ sptar tal-annimali f'Ta' Qali.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* [[Bhumibol Adulyadej|Bhumibol Adulyadej (Rama IX)]], Sultan tat-Tajlandja
* [[Dario Fo]], attur u kummidjant Taljan, rebbieħ tan-Nobel għal-Letteratura
 
== Novembru ==
* 1: L-IS joqtlu 40 eks membru tal-Forzi tas-Sigurtà Iraqqini u tefgħu l-kadavri tagħhom fix-xmara Tigris qrib Mosul.
* 2: L-Istati Uniti jwaqqfu l-bejgħ ta' armi lill-Filippini wara vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani.
* 3: 240 immigrant jegħrqu fil-kosta tal-Libja.
* 3: Il-Qorti Għolja tiddeċiedi li għandu jkun il-Parlament li jrid jivvota biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE.
* 4: Il-President tal-Korea t'Isfel tieħu t-tort tal-iskandlu li fnieha (fosthom frodi u abbuż ta' poter) u tgħid li lesta taċċetta r-riżultat tal-investigazzjonijiet.
* 4: Il-Prim Ministri tal-Olanda u tas-Slovakkja jiġu Malta u jiltaqgħu mal-Prim Ministru Muscat bi tħejjija għall-presidenza Maltija tal-UE.
* 5: Għexieren ta' eluf ta' dimostranti jipprotestaw kontra l-President tal-Korea t'Isfel u jsejħu għar-riżenja tagħha.
* 6: Daniel Ortega jibda r-raba' terminu tiegħu bħala President tan-Nikaragwa.
* 8: Donald Trump, jirbaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti u r-Repubblikani b'kontroll tas-Senat u l-Kamra tar-Rappreżentanti.
* 9: Malta kellha tkabbar ta' 6.2% fil-GDP din is-sena, waħda mill-iktar ekonomiji li qegħdin jikbru fl-UE>
* 9: Ferrovija toħroġ mill-binarji fi [[Croydon]], Londra, u toqtol 7 persuni u tferi iktar minn 50 ruħ.
* 14: F'Seattle u fi bliet oħra fil-Punent tal-Istat ta' Washington, iktar minn 5,000 student ħarġu mill-iskola biex jipprotestaw kontra l-politika razzista u diskriminatorja ta' Donald Trump, u spiċċaw f'Capitol Hill.
* 14: Terremot b'qawwa ta' 7.8 jolqot lil New Zealand, jagħmel ħsara kbira u joqtol mill-inqas tnejn min-nies.
* 15: Il-Prim Ministru Muscat jibda żjara fir-Russja fejn jiltaqa' mal-Prim Ministru Russu Medvedev. Isir ftehim biex 300 Russu jiġu jistudjaw Malta.
* 17: [[Shinzō Abe]] isir l-ewwel Kap ta' Stat li jiltaqa' mal-[[President-elect of the United States|President-elett tal-Istati Uniti]] [[Donald Trump]].
* 18: Attakki mill-ajru tal-Gvern Sirjan jolqtu sptar tat-tfal f'Aleppo.
* 18: Il-WHO tiddikjara li ntemmet il-kriżi taż-Żika.
* 20: Papa Franġisku jagħlaq il-Ġublew il-Ħniena.
* 20: Ferrovija toħroġ mill-binarji fl-Indja u toqtol iktar minn 140 ruħ.
* 20: Il-Prim Ministru Muscat iwiegħed li se jgħolli l-paga minima wara li ssir diskussjoni bejn unions u min iħaddem.
* 21: Trump jgħid li l-Istati Uniti se joħorġu mit-[[Trans-Pacific Partnership]] (TPP) mill-ewwel jum tal-Presidenza tiegħu.
* 22: Trump jgħid li mhux se jfittex lil Clinton bil-qorti kriminali rigward il-kwistjoni tal-emails.
* 22: Id-De La Rue tmur lura mid-deċiżjoni tagħha u tkabbar l-investiment tagħha f'Malta.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 7: Leonard Cohen, kantawtur Amerikan.
* 17: Sunny Aquilina, awtur Malti ta' kanzunetti, fosthom ''My Dream'' u ''The One that I Love''.
[[Kategorija:2016]]