2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 218:
 
== Ottubru ==
* 1: L-Ortodossi ma jaċċettawx stedina biex jieħdu sehem f'quddiesa mal-Papa fil-Ġorġja.
* 2: Papa Franġisku jżur moskea f'Ażerbajġan, pajjiż kważi kollu Iżlamiku, u jappella lill-mexxejja tar-reliġjonijiet biex ma jużawx l-isem ta' Alla biex jiġġustifikaw il-fundamentaliżmu.
* 4: Papa Franġisku jagħmel żjara mhux mistennija f'Amatrice, iż-żona fl-Italja milquta mit-terremot ftit ġimgħat qabel.
* 5: Jitħabbar li Banif Bank Portugal se jbigħ kważi 80% tas-sehem tiegħu f'Banif Bank Malta lil grupp ta' investiment mill-Qatar.
* 6: Il-Kulleġġ St. Albert joffri l-binja tiegħu biex il-Musulmani jkollhom fejn jitolbu.
* 7: ​​Il-President Kolumbjan Juan Manuel Santos rebbieħ tal-Premju Nobel għall-paċi għall-impenn kbir biex tintemm il-gwerra ċivili f'pajjiżu.
* 10: Pass ieħor biex Malta taqleb mill-''heavy fuel oil'' għall-gass, enerġija iktar sigura u nadifa, bil-wasla tal-vapur tal-gass LNG, MV Armada Mediterrana, f'Marsaxlokk.
Line 226 ⟶ 230:
* 14: Jitħabbar li l-gvern Malti se jiftaħ proċeduri legali kontra l-kumpanija Żvediża Skanska rigward il-konkrit użat fl-isptar Mater Dei.
* 14: Standard & Poor's tgħolli r-rating ta' Malta għal A-, l-ewwel darba wara 20 sena, u tgħid li l-ekonomija ta' Malta se tkompli tikber bi 3%.
* 14: Il-Ġiżwiti jagħżlu lill-Veneżwelan Arturo Sosa Abascal bħala s-Superjur Ġenerali tagħhom.
* 15: 150 nazzjon jaqblu fir-Ruwanda li jneħħu l-hydrofluorocarbons (HFCs), bħala emenda għall-[[Montreal Protocol]].
* 17: Il-Gvern Laburista jressaq ir-4 Budget tiegħu fil-leġislatura li bdiet fl-2013. Jissejjaħ "budget soċjali" għax għandu ħafna miżuri soċjali fosthom l-impenn li fi żmien tliet snin żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jkunux f’riskju ta’ faqar, iż-żieda fil-pensjonijiet, u għajnuna li min qiegħed fuq il-minimum wage.