2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 207:
* 18: L-American University of Malta tingħata l-liċenzja biex tibda topera f'Malta.
* 21: Crane Currency, waħda mill-ikbar kumpaniji fid-dinja fl-istampar tal-flus tagħżel lil Malta għal investiment ta' mitt miljun dollaru Amerikan u ħolqien ta' 300 impjieg ġdid. L-iffirmar sar f’Boston, l-Istati Uniti fil-preżenza tal-Prim Ministru, [[Joseph Muscat]]. Dan kien l-ikbar investiment inizzjali fil-qasam tal-manifattura mis-snin tmenin ‘l hawn meta bdiet topera minn pajjiżna l-kumpanija ST Microelectronics, dak iż-żmien SGS.
* 23: Il-Prim Ministru Malti jikkwota lil Dom Mintoff fl-indirizz tiegħu lin-Nazzjonijiet Magħquda meta jgħid li "ma jistax ikun hawn paċi fid-dinja jekk ma jkunx hemm paċi fil-Mediterran."
* 26: Fil-Kolumbja, il-gvern u l-FARC-EP iffirmaw ftehim ta' paċi f'Cartagena, biex jippruvaw iwaqqfu konflitt li ilu għaddej 50 sena.
* 28: Investigaturi internazzjonali kkonkludew li l-[[Malaysia Airlines Flight 17]] twaqqa' minn missila Buk li ġiet sparata minn żona kkontrollatia mir-ribelli favur ir-Russja.
* 29: Leo Brincat jiġi aċċettat mill-Kunsill tal-Ministri bħala l-Membru Malti fil-Qorti tal-Awdituri.
* 30: Jinstabu żewġ pitturi ta' [[Vincent Van Gogh]], ''Seascape at Scheveningen'' u ''Congregation Leaving the Reformed Church in Nuenen'', li kienu nsterqu fl-2002 mill-[[Van Gogh Museum]] f'Amsterdam.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 16: Carlo Azeglio Ciampi, eks President tal-Italja.
* 16: Gabriele Amorth, qassis eżorċista famuż Taljan.
* 28: Shimon Peres, eks President u eks Prim Ministru Israeljan u rebbieħ tan-Nobel għall-Paċi
 
== Ottubru ==
* 5: Jitħabbar li Banif Bank Portugal se jbigħ kważi 80% tas-sehem tiegħu f'Banif Bank Malta lil grupp ta' investiment mill-Qatar.
* 7: ​​Il-President Kolumbjan Juan Manuel Santos rebbieħ tal-Premju Nobel għall-paċi għall-impenn kbir biex tintemm il-gwerra ċivili f'pajjiżu.
* 10: Pass ieħor biex Malta taqleb mill-''heavy fuel oil'' għall-gass, enerġija iktar sigura u nadifa, bil-wasla tal-vapur tal-gass LNG, MV Armada Mediterrana, f'Marsaxlokk.
* 10: Tibda inkjesta fuq investigazzjoni tal-pulizija fuq ħasil ta' flus li kienet twaqqfet meta ħareġ l-isem ta' Beppe Fenech Adami.
* 13: [[Bob Dylan]], kantawtur Amerikan, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura.
* 13: Il-Maldives jiddeċiedu li joħorġu mill-Commonwealth.
* 14: Jitħabbar li l-gvern Malti se jiftaħ proċeduri legali kontra l-kumpanija Żvediża Skanska rigward il-konkrit użat fl-isptar Mater Dei.
* 14: Standard & Poor's tgħolli r-rating ta' Malta għal A-, l-ewwel darba wara 20 sena, u tgħid li l-ekonomija ta' Malta se tkompli tikber bi 3%.
* 15: 150 nazzjon jaqblu fir-Ruwanda li jneħħu l-hydrofluorocarbons (HFCs), bħala emenda għall-[[Montreal Protocol]].
* 17: Il-Gvern Laburista jressaq ir-4 Budget tiegħu fil-leġislatura li bdiet fl-2013. Jissejjaħ "budget soċjali" għax għandu ħafna miżuri soċjali fosthom l-impenn li fi żmien tliet snin żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jkunux f’riskju ta’ faqar, iż-żieda fil-pensjonijiet, u għajnuna li min qiegħed fuq il-minimum wage.
* 20: Malta l-iktar pajjiż b'nies ħoxnin fl-Ewropa. Kwart tal-Maltin huma ħoxnin.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* [[Bhumibol Adulyadej|Bhumibol Adulyadej (Rama IX)]], Sultan tat-Tajlandja
* [[Dario Fo]], attur u kummidjant Taljan, rebbieħ tan-Nobel għal-Letteratura
[[Kategorija:2016]]