Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
rollback vandalismu
Linja 353:
 
Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qegħdin jikkontestaw f’isem il-Partit Laburista bl-akbar għadd ta’ voti fl-ewwel għadd kien Alfred Sant, li kiseb 48,739 vot, 36% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista.
 
=== Ir-Raba' Budget ta' Gvern Laburista ===
Budget li jrid iwassal biex fi żmien tliet snin it-tfal kollha f’familja fejn minn tal-inqas taħdem persuna waħda jkunu ħarġu mill-faqar. L-uniku gvern fl-istorja li naqqas kull sena t-taxxa tad-dħul u li żied il-pensjonijiet fi kwart ta’ seklu għat-tieni darba konsekuttiva.
 
L-ikbar tliet miżuri ta’ dan il-baġit huma;
 
Kull min hu fuq il-paga minima se jieħu żieda
 
Se jiżdied id-dħul tal-pensjonanti
 
Se tiżdied l-għajnuna lil eluf ta’ familji li jgħixu f’post mikri
 
==== Miżuri li jinċentivaw lin-nies biex jaħdmu ====
Fl-aħħar żewġ baġits daħlet l-iskema tal-in work benefit fejn fl-ewwel sena kienet għal familji bi dħul baxxa u żewġ ġenituri li jaħdmu u din is-sena kienet estiża għal familji bi dħul baxx fejn jaħdem ġenituri wieħed. Din is-sena l-gvern se jgħolli c-ceiling.
 
Għal koppji li jaħdmu t-tnejn is-ceiling se jogħla minn €20,400 għal €24,000 fis-sena. Għas-single parents li jaħdmu s-ceiling se jogħla minn €15,000 għal €16,500 fis-sena. Filwaqt li koppji fejn wieħed biss jaħdem is-ceiling se jogħla minn €13,000 għal €16,500 fis-sena.
 
Għal koppji li se jaħdmu tnejn il-benefiċċju se jiżdied minn €1,000 għal €1,200 fis-sena. Għas-single parents li jaħdmu ir-rati se jgħolew b’€50 fis-sena għal €1,250 fis-sena. Filwaqt li għal koppji fejn wieħed biss jaħdem ir-rati se jgħolew minn €150 sa massimu ta’ €350 fis-sena skont id-dħul.
 
Se ssir riforma fl-għajnuna supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin u m’għadndhomx tfal u ma jiħdux childrens allowance.  Is-ceiling se jiżdied minn €11,089 għal €13,000.
 
Iżda, mhux biss. Persuni single li jaħdmu u d-dħul tagħhom ma jaqbiżx id-9,012 se jibbenefikaw minn żieda ta’ €126.36.
 
Minn din ir-riforma se jgawdu mal-ħdax-il elf koppja u ħames t’elef persuna single. Total ta’ sebgħa u għoxrin elf persuna.
 
Permezz ta’ dawn ir-riformi u meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-COLA kull min qiegħed bil-Minimum wage se jiżdied b’minn tal-inqas erbgħa ewro fil-ġimgħa, jew mitejn u tmin ewro fis-sena. Żieda li se jerfagħħha kollha l-gvern.
 
==== Inizjattivi biex ikattru l-investiment ====
* Minn jinvesti f’negozji żgħar u medji ġodda jingħata ''tax credit'' sa massimu ta’ kwart ta’ miljun ewro.
* Biex tonqos il-burokrazija, kumpaniji żgħir li jkunu għadhom kif jibdew m’għandhomx għalfejn jagħmlu ''audit'' finanzjarju.
Dawn kienu tnejn mill-miżuri mħabbra waqt il-qari tal-baġit għall-2017, li jinkludi numru ta’ inizjattivi maħsuba biex ikattru l-investiment.
 
Il-Gvern se jinvesti €30 miljun f’Bank ta’ Żvilupp li se jkollu kapital awtorizza ta’ €200 miljun.
 
Mill-fond strateġiku ta’ investiment, grazzi għall-miljuni ta’ ewro li daħlu mill-programm ta’ ċittadianza b’investiment, se jkunu investiti miljuni ta’ ewro f’diversi oqsma.
 
Se ssir reviżjoni li biha persuni bi dħul minn dividends jiffrankaw bejniethom maż-żewġ miljun ewro.
 
Wara li sar ''memorandum of understanding'' bejn il-Gvern u l-kumpanija Huawei, se jsir ċentru konġunt ta’ innovazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-Huawei għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-informatika.
 
==== Drittijiet tal-Ħaddiema ====
Wara diskussjonijiet bejn l-imsieħba soċjali fi ħdan il-Bord għar-Relazzjonijiet Industrijali, matul is-sena li ġejja se jidħlu fis-seħħ emendi importanti fil-liġi tax-xogħol.
 
Is-sena 2017 se tkun sena li fiha d-Dipartiment tax-Xogħol, minbarra li jkompli jaħdem bis-sħiħ kontra l-prekarjat, jibda jagħmel użu minn sistema elettronika aġġornata li qed tiġi żviluppata li permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru spezzjonijiet f’postijiet tax-xogħol f’anqas ħin u b’aktar effiċjenza.
 
Fil-kuntest tal-proposta li għandu jingħata ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur, fl-2017 se jinfetaħ proċess ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders kollha involuti, inklużi dawk involuti f’aġenziji ta’ xogħol temporanju, biex jinġabar tagħrif sħih dwar l-implikazzjonijiet kollha ta’ pass bħal dan li permezz tiegħu l- paga u l-kundizzjoniet tax-xoghol ta’ ħaddiema ta’ kuntrattur (sub- contractor) ikunu fuq l-istess livell bħal dawk tal-ħaddiema li jkunu tal-post fejn huma jkunu qed jaħdmu.
 
Leave tal-mard (sick leave)
 
Il-Gvern se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-proposta li ġenitur ikun jista’ jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t- tfal.
 
Għajnuna finanzjarja f’każ ta’ inċident fatali jew gravi fuq il-post tax-xogħol.
 
Matul is-sena id-dieħla l-impjegati kollha fis-servizz pubbliku se jkunu qed jingħataw aktar dettalji fuq din il-miżura.
 
==== Il-bidliet fil-qasam tas-saħħa ====
* ''Il-pazjenti bid-dijabete se jkollhom benefiċċji ġodda''
* ''Konsultazzjoni dwar leave mediku speċjali''
* ''Iktar persuni li jibbenefikaw mill-karta r-roża u għalhekk iktar mediċini b’xejn''
* ''Liġi ġdid kontra t-tipjip fil-karozza fil-preżenza tat-tfal''
Fil-qasam tas-saħħa se jibqgħu l-prijoritajiet li jonqos iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet u fl-emerġenza fost oħrajn.
 
Is-sena d-dieħla se tkompli tkun estiża l-kura primarja u jingħata bidu għal hub reġjonali fis-sit fejn kien hemm il-ground Pace Grasso. Se jibda wkoll il-proġett li se jwassal għal ċentru ta’ saħħa ġdid f’Ħal Kirkop.
 
Is-sena d-dieħla se tibda ħidma li għandha twassal biex fis-snin li ġejjin ikollna sptar speċjalizzat fil-kura għall-ommijiet u t-tfal.
 
Il-proġett pilota li li jwassal għal mediċini fid-djar tal-pazjenti l-fuq minn sebgħin sena jew li għandhom problemi ta’ mobbiltà se jilħaq aktar lokalitajiet.
 
Bil-għan li jindirizza l-problema tad-dijabete, se jiddaħlu mediċini ġodda fil-formolarju tal-gvern u nintroduċu insulini ġodda. Se jingħataw b’xejn ukoll glucose sticks għal min ibati mid-dijabete tat-tip wieħed u tip tnejn. Il-pazjenti bid-dijabete se jkollhom benefiċċji ġodda.
 
Pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra se jibdew jibbenefikaw minn kura dentali bla ħlas; sussidju fuq in-nuċċalijiet; aċċess għal antibijotiċi b’ xejn, kif ukoll kontra l-kura taz-zokkor.
 
Fil-formolarju tal-Gvern se jidħlu wkoll mediċini ġodda kontra l-kanċer.  Il-Gvern se jikkonsulta mal-imsieħba soċjali dwar l-introduzzjoni ta’ ''leave'' mediku speċjali bi ħlas b’żieda mal-''leave'' ta’ mard statutorju lil ħaddiem li jkunu qed jieħdu xi forma ta’ kura kontra din il-marda.
 
Se jkun hemm iktar persuni li jibbenefikaw mill-karta r-roża u għalhekk iktar mediċini b’xejn. Filwaqt li l-gvern se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-proposta li ġenitur ikun jista’ jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t-tfal.
 
Mill-ewwel ta Jannar se jsir kontra l-liġi tipjip f’karozzi fil-preżenza tat-tfal.
 
==== Edukazzjoni ====
Għat-tielet sena konsekuttiva, se jinbnew tliet skejjel ġodda. Din id-darba f’San Pawl il-Baħar, Marsascala, u r-Rabat Għawdex. Se jinbena ċentru ġdid għall-ħarsien tat-tfal fl-iskola Primarja ta’ San Ġiljan. Dan flimkien ma’ xogħol fi skejjel oħra.
 
Għal sena oħra se jerġgħu jiżdiedu l-istipendji ''pro rata,'' biż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Dawk li jattendu l-Alternative Learning Programme f’Raħal Ġdid se jieħdu stipendju.
 
Studenti b’diżabbiltà u studenti li jgħixu fid-djar tal-Knisja u konservatorji se tingħatalhom b’mod awtomatiku l-għotja supplimentari mal-istipendju.
 
Għas-sena d-dieħla wkoll se jkunu allokati €400,000 għal ħaddiema minn skejjel statali u minn skejjel oħra li jitolbu ''leave'' mħallas biex ikollhom ċans jistudjaw.
 
Se jkunu investiti madwar seba’ miljun ewro fl-Università fi proġett kapitali li jinkludi l-estensjoni ta’ laboratorji, faċilitajiet, residenza u parkeġġ f’Tal-Qroqq.
 
Investimenti oħra se jsiru fl-MCAST.
 
==== Ġustizzja ====
Fl-2017 se jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri prinċipali fil-qasam tal-ġustizzja
* aktar prosekuzzjonijiet jitmexxew mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mhux mill-Korp tal-Pulizija;
 
* jitwaqqaf reġistru elettroniku ta’ kumpaniji jew persuni dikjarati insolventi;
 
* tkompli tissaħħaħ il-medjazzjoni bħala mod alternattiv biex wieħed jirriżolvi t-tilwim; u
 
* ikompli jiżidied l-ammont ta’ atti ġudizzjarji li jistgħu jiġu preżentati online;
Fl-2017 se jiżdiedu tlett awli ġodda fil-bini tal-Qorti biex l-ammont ta’ awli jitla’ għal 27 u nagħmlu faċilitajiet infrastrutturali oħra bħal-librerija u training room ġdida.
 
Se jsir studju dwar jekk wasalx il-mument li f’pajjiżna jkollna mill-ġdid sezzjoni tal-Kummerċ fi ħdan il-Qorti Ċivili.
 
Se tkompli tissaħħaħ l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u titwettaq il-wegħda li jiġi assenjat imħallef biex iservi fil-Qorti ta’ Għawdex.
 
Se jkomplu jiżdiedu r-riżorsi u jitjiebu iktar il-faċilitajiet eżistenti fil-Qorti tal-Familja.
 
Fl-2017 se jkun estiż il-proġett pilota tas-sistema ġdida tal- informatika fil-kamp kriminali.
 
== Ħajja Personali ==