Jum l-Indipendenza (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 11:
Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-[[Furjana]], huwa u jindirizza lill-[[Prinċep Filippu]], Duka ta' Edinburgh:
 
{{kwota|Jekk jogħġob lill-Altezza IrjaliRjali tiegħek għan-nom tal-Gvern u tal-Poplu ta' Malta jien noffri r-ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl-ordni tal-Maesta'Maestà Tagħha tajtni d-dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l-Indipendenza ta' Malta.
 
Din is-siegħa solenni tibqa' tiġi mfakkra għal dejjem minna, sudditi leali tal-Maestà Tagħha r-[[Reġina Eliżabetta II]] b'sodisfazzjon kbir u bi kburija u tiġi reġistrata fl-annali ta' ltal-istorja tagħna. L-imħabba sinċiera tal-poplu tagħna lejn il-Maestà Tagħha ġiet murija biżżejjed fil-passat u r-rabtiet illi jgħaqqdu l-poplu tagħna mat-tron tabilfors jissaħħu meta wieħed jaf illi bħala pajjiż indipendenti aħna ma għandniex lealtà oħra ħlief lejn il-Maestà Tagħha bħala r-Reġina tagħna.
 
Bir-rispett kollu jiena nitlob lill-Altezza IrjaliRjali Tiegħek biex twassal lill-Maestà Tagħha l-gratitudni l-aktar sinċiera tagħna talli ġentilment għoġobha tkun ir-Reġina tagħna. Aħna noffru t-talb umli tagħna biex hija tirrenja fuqna għal żmien twil u fil-prosperità. Bil-permess ta' ltal-Altezza IrjaliRjali Tiegħek jiena issa sejjer ngħid xi ftit kelmiet bil-Malti lill-poplu maħbub tiegħi.
 
Ħuti Maltin u Għawdxin. Il-programm uffiċjali jippermettili ftit minuti biex jien l-lumillum, meta qed naraw il-bandiera tagħna tperper fuq gżira indipendenti nifraħ magħkom, nifraħ magħkom u niftakar f'dawk kollha illi qabilna min ftit u min wisq, min b'mod u min b'ieħor ħadem biex jara dil-ġurnata.
 
Nirringrazzjaw 'il Alla illi tana x-xorti nkunu aħna illi flimkien qegħdin naraw ir-rappreżentant speċjali tal-Maestà Tagħha jagħtina dokument ta' kostituzzjoni li tagħmel Malta indipendenti u sovrana. Dokument illi jtina kostituzzjoni irrevokabbli, ma jista' jeħodilnajeħodhielna ħadd, ma jista' ħadd ineħħilna l-indipendenza tagħna, kostituzzjoni illi ħdimna għaliha kemm flaħna u għandna s-sodisfazzjon ngħidu illi meta snin ilu wieħed kien isemmi Malta barra minn pajjiżna konna nieħdu d-diżappunt li naraw ħafna nies tista' tgħid tal-pajjiżi kollha anke viċin illi ma kienu jafu xejn fuq Malta, lanqas jafu fejn hi Malta jekk kienu jafu li kienet teżisti. Il-lumIllum intom u jiena u sħabi tal-kabinett poġġejna Malta fuq il-mappa darba għal dejjem.
 
Għandna s-sodisfazzjon naraw delegati minn kull naħa tad-dinja illi ġew jieħdu pjaċir magħna u aħna nirringrazzjawhom, nibqgħulhom grati talli ġew juru l-ferħ tagħhom magħna f'din il-ġurnata hekk storika, hekk għażiża li ma ninsewha qatt. Dawn id-delegati kollha qed jixhdu l-lum illi Malta ħadet l-indipendenza tagħha u jridu jixhdu 'l quddiem għaliex il-lum raw Malta x'inhija, il-lum raw id-determinazzjoni u l-kuraġġ; jeħtieġ jibqgħu jixhdulna illi aħna nimmeritaw, aħna denji ta' l-indipendenza u tas-sovranità illi akkwistajna għal pajjiżna.