Birkirkara: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Annulata r-reviżjoni 246457 ta' 77.71.188.14 (Diskussjoni)
No edit summary
Linja 21:
}}
 
'''Birkirkara''' hija belt fiċ-ċentru ta' [[Malta]]. Hija l-aktar belt popolata fuq il-gżira, bit-22,232 abitant f'Marzu 2011.<ref>{{Ċita web|url=http://www.mjha.gov.mt/MediaCenter/PDFs/1_Population%20Statistics.pdf |titlu=Population statistics |xogħol=Malta Government Gazette |editur=mjha.gov.mt |data=9 ta' Awwissu 2011|lingwa=Ingliż}}</ref> Il-belt tikkonsisti f'ħames parroċċi awtonomi: Santa LienaElena, San Ġużepp Ħaddiem, il-Madonna tal-Karmnu , Santa Marija u San Ġorġ Preca (Swatar). Għandha wkoll wieħed mill-kulleġġi l-iżjed famużi f'Malta, il-[[Kulleġġ San Alwiġi]]. Birkirkara hija l-belt tal-eks-President [[Edward Fenech Adami]] u l-eks-Kap tal-Oppożizzjoni [[Alfred Sant]] u wkoll il-post fejn twieled l-ewwel president ta' Malta [[Anthony Mamo]]. Il-Mottu tal-belt huwa "''[[In hoc signo vinces]]''", u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha.
 
Birkirkara hija l-belt tal-eks President u eks Prim Ministru [[Edward Fenech Adami]] u l-eks Primi Ministru [[Alfred Sant]] u wkoll il-post fejn twieled l-ewwel President ta' Malta [[Anthony Mamo]].
==Kunsill Lokali ta' Birkirkara==
Il-membri attwali tal-kunsill lokali ta' Birkirkara huma:
 
Il-Mottu tal-belt huwa "''[[In hoc signo vinces]]''" ("B'dan is-sinjal inti tirbaħ") għall-viżjoni tas-salib li kellu l-Imperatur Kostantinu bin Santa Elena, li wasslet għall-konverżjoni tiegħu għall-fidi Nisranija, u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha.
*Michael Fenech Adami (sindku, PN)
 
*Phillip Camilleri (PL)
==Storja==
*Emanuel Aquilina (PL)
Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet ilha mill-1360 bil-kappella ta' Santa Elena fil-limiti tal-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Dusina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għaxar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan [[Dun Filippu Borgia]] (1567-1649).
*Rita Borg (PL)
 
*Doris Bonavia (PN)
Il-Knisja ta' Santa Elena nbniet f'post aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qabilha, u hi r-raba' knisja parrokkjali. Din bdiet tinbena fl-1727, meta l-Isqof Gaspare Gori Mancini qiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja. Taħt l-ewwel ġebla tqiegħdu midalja ta' Santa Elena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak iż-żmien. Fl-20 ta' Ottubru 1782, l-Isqof [[Vincenzo Labini]] ikkonsagra l-Knisja taħt it-titlu tal-Imperatriċi Santa Elena. Fit-18 ta' Jannar 1950, [[Papa Piju XII]] għolla l-Knisja għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha.
*George Debattista (PN)
 
*Anthony Buttigieg (PL)
=== Knisja l-Qadima ===
*Chirelle Sciberras (PL)
Il-knisja ta’ Santa Marija, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, tinsab il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Birkirkara, fuq il-naħa l-oħra tal-wied. Inbniet għall-ħabta tal-1607 fuq pjanta ta' Vittorio Cassar, iben [[Ġlormu Cassar]]. Meta Vittorio Cassar miet, fl-1607, ix-xogħol fuq il-knisja tkompla minn Tommaso Dingli.
*Mark G. Abdilla (PN)
 
*Josianne Cardona Gatt (PN)
Fil-post fejn hemm il-knisja llum, qabel kien hemm knisja medjevali. Meta l-Kapitlu iddeċieda li jitlaq mill-knisja u jmur fil-Knisja ta’ Sant’ Elena riedu jwaqqgħu l-knisja l-qadima. Wara 120 sena il-knisja ingħalqet u ġiet abbandunata.
*Rose Frendo (PN)
 
*John Borg (PN)
Dun Gejtanu Mannarino, magħruf għar-Rewwixta tal-Qassisin tal-1775, indifen f’din il-knisja. Matul il-Pesta l-Kbira tal-1813, f'din il-knisja ndifnu l-mejtin.
*Jimmy Calleja (PL)
 
Sa madwar l-1850 il-koppla tal-Knisja kienet għadha f’postha, imma partijiet mis-saqaf kienu ga waqgħu sa mill-1830.
 
Fl-1969, beda xogħol kbir fuq din l-knisja biex tkun tista' terġa' tibda tintuża wara ħafna snin ta’ abbandun totali.
 
Fl-1992, l-Arcisqof Ġużeppi Mercieca kien ħass il-bżonn pastorali li din iż-żona ta’ Birkirkara tkun awtonoma, jiġifieri indipendenti mill-parroċċa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-8 ta’ Mejju 2005, iż-żona pastorali awtonoma ta’ Santa Marija reġgħet saret Parroċċa għaliha.
 
==Żoni f'Birkirkara==