Massimiljanu Kolbe: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 8:
== Jidħol mal-Franġiskani ==
 
Fl-1907, Rajmond u ħuh Franġisku qasmu l-fruntiera u marru f’Leopoli, l-[[Awstrija]] biex jistudjaw fil-Kulleġġ tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali. Fl-1910 Rajmond beda n-novizzjat magħhom, u fl-istess waqt bidel ismu f’Massimiljanu. Sena wara għamel il-professjoni reliġjuża.
 
Fl-1912 intbagħat [[Ruma]] biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija. Fir-Reġistri tal-Kulleġġ f'Ruma nsibu dan il-kumment fuqu: "Massimiljanu Kolbe: żagħżugħ qaddis".
 
Fl-1914 għamel il-professjoni solenni tiegħu, u b’qima lejn il-[[Madonna]] żied l-isem “Marija” ma’ Massimiljanu.
Linja 18:
Waqt li kien Ruma għall-istudju, Massimiljanu, ra għaddejja dimostrazzjoni tal-[[Mażunerija|Mażuni]]. Dawn kellhom standard li fuqu kien hemm xbiha ta' [[Arkanġlu Mikiel|San Mikiel]] mirbuħ mix-Xitan. Il-Mażuni għajtu kliem ta' dagħa lejn it-tieqa tal-Papa u nstemgħu jgħidu li x-xitan għad isaltan fil-Vatikan u l-Papa għad ikollu jaqdih. Kien b'reazzjoni għal dan li fl-1917, flimkien ma’ sitta minn sħabu waqqaf il-"Pija Unjoni tal-Milizzja tal-Immakulata". Kien jemmen li ''“''Hemm bżonn li l-Immakulata tidħol fil-qalb ta' kull bniedem u dan sabiex tkun Hi li hemm twaqqaf it-tron tal-Iben t’Alla.''”''
 
Fit-28 ta’ April 1918, ġie ordnat saċerdot fil-Knisja ta' Sant'Andrea della Valle,f'Ruma. Huwa marad serjament bit-tuberkolozi, marda li kompliet tagħtih problemi tul ħajtu kollha.
 
== "Belt tal-Immakulata" fil-Polonja ==
Linja 25:
Fil-Polonja wkoll beda l-Milizzja tal-Immakulata. U fl-1922 beda joħroġ rivista, "Il-Kavallier tal-Immakulata", u wara rivista oħra għat-tfal, "Il-Kavallier Ċkejken". Il-kunvent fejn kien jgħix, fi Grondo, inbidel fi stamperija u r-rivista kienet suċċess kbir tant li laħqet is-70,000 kopja.
 
Kolbe ried jibni kunvent u jiddedikah lill-Immakulata. Mhux kunvent biss imma belt. Hekk il-patrijiet ħallew Grondo u bdew jibnu kunvent ġdid qrib Varsavja. DanFl-1927, dan semmewh ''[[Niepokalanov]]'', li jfisser ''Belt tal-Immakulata''. Fi ftit snin Niepokalanov sar l-ikbar kunvent ta' patrijiet fid-dinja. Fl-1930, din il-belt kellha: kulleġġ, sptar, stamperija, stazzjon tar-radju, laboratorju għall-mastrudaxxi u ħajjata.
 
Fl-1939, Niepokalanov kellha 762 ruħ: 13-il sacerdot, 18-il novizz, 527 patri, 122 żagħżugħ fis-seminarju Minuri u 82 kandidat għas-saċerdozju.
 
Il-patrijiet kienu wkoll tobba, dentisti, bdiewa, mekkaniks, ħajjata, bennejja, skrapan, stampaturi u ġurnalisti, tant li fil-Belt tal-Immakulata, Massimiljan waqqaf ukoll ir-radju tal-patrijiet. Il-kunvent enormi kien iżomm fuq saqajh bil-ħidma tal-patrijiet. "Il-Kavallier tal-Immakulata" issa tela' għal 750,000 kopja fix-xahar.
 
"Il-jum mimli xogħol. In-numru tal-qarrejja dejjem jiżdied. M'għandix żmien biex nimrad. Imma xi drabi l-ħmura ta' wiċċi turi d-deni li jkolli fuqi."
 
== Il-Missjoni tal-Ġappun ==
Fl-1930, minkejja li kien marid, flimkien ma’ erba’ reliġjużi oħra mar il-[[Ġappun]], f’[[Nagasaki]]. Hawn ukoll beda joħroġ ir-rivista ta' "Il-Kavallier tal-Immakulata", bil-Ġappuniż. Waqqaf kunvent iddedikat lill-Immakulata li semmieh ''Mugenzai no sono'', il-Ġnien tal-Immakulata. Fil-Ġappun huwa ma ppruvax jimponi l-ideat reliġjużi tiegħu u l-kultura Ewropea, iżda daħal fi djalogu mal-Buddisti u rnexxielu jsir ħabib ta' xi uħud minnhom.
 
Massimiljanu Kolbe żar [[Malabar]], fl-[[Indja]], kif ukoll is-[[Siberja]] u [[Moska]], dejjem bix-xewqa li jwassal il-messaġġ Nisrani.
 
Fl-1936, reġa’ lura lejn art twelidu minħabba saħħtu.
== L-Arrest ==